Sunday, April 6, 2025

Hibernians jegħlbu lil Melita mingħajr wisq tbatija

Aqra wkoll

Hibernians ………3

Melita …………….0

Minn Cristian Muscat

Hibernians ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Melita bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0, biex b’hekk irritornaw għar-rebħ wara żewġ draws wara xulxin Min-naħa l-oħra din kienet it-tielet telfa konsekuttiva għal Melita.

Hibernians għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss tliet minuti meta Dexter Xuereb xeħet cross preċiż mil-lemin li sab lil KHEVIN RODRIGO FRAGA kien fil-post it-taj­jeb u fil-mument opportun u kien pront tefa’ fix-xibka.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit-28 minuta cross insidjuż ta’ Dexter Xuereb ġie interċettat mill- goalkeeper, Gosef Mizzi, li f’din il-partita għat-tieni darba nfila reġa’ ġie utilizzat mill-coach Clive Mizzi minflok il-goalkeeper Pollakk, Aleksander Lubik.

Żewġ minuti biss wara, il-Pawlisti rduppjaw permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ ALEX BRINO DE SOUZA SILVA li ma ta l-ebda ċans lil Mizzi.

Fil-41 minuta, il-Pawlisti reġgħu ħolqu l-periklu  meta wara li rċieva minn corner tas-solitu Dexter Xuereb, il-captain Bjorn Kristensen li proprju jum qabel kien qed jiċċelebra għeluq sninu, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin salvata tajjeb minn Mizzi.

U f’botta u ripsosta mill-azzjoni li segwiet fuq in-naħa l-oħra tal-pitch sekondi biss wara Melita wieġbu għall-ewwel darba permezz ta’ xutt minn pożizzjoni    ideali ta’ Andre Carlos Penha Da Costa li iżda ntemm għoli.

Fis-57 minuta il-Pawlisti skorjaw it-tielet goal permezz ta’ LUCAS VILLELA LAPERT, bil-ballun jaħbat ma’ sieq il-wieqfa qabel intemm ġewwa.

Fis-69 minuta, il-Pawlisti kienu għoddhom skorjaw ir- raba’ goal meta l-ewwel Jurgen Degabriele kellu x-xutt fil-baxx salvat parzjalment minn Mizzi u mir-rebound l-istess attakkant tefa’ għoli.

Fid-79 minuta, Melita resqu viċin meta d-difensur ta’ Hibernains, Kurt Shaw, kellu daqqa ta’ ras b’lura tiġi salvata f’corner minn Sanchez, biex b’hekk evita li jiġi kommess auto-goal sfortunat.

HIBERNIANS: 1-Pablo Nino Sanchez, 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Villela Lapert (29-Timothy Abiodun Eviparker 85), 8-Rodrigo Khevin Fraga, 11-Bjorn Kristensen (10-Jurgen Degabriele 64), 14-Dexter Xuereb, 20-Federico Falcone (23-Matthew Ellul 64), 21-Alex Bruno De Souza Silva, 22-Ilias Apostolos (4-Alfred Silas 72), 44-Pedro Henrique Nunes Silva (18-Lyon Abela 85), 99-Rui Bruno Ribeiro   – Coach: Branko Nisevic

MELITA: 1-Gosef Mizzi, 3-Aldair Pena Simanca, 5-Michael Cachia (17-Julian Abela 72), 6-Jean Pierre Attard, 7-Karl Mohanni, 9-Andre Carlos Penha Da Costa (22-Collins Gyamfi 80), 11-Alan Borg Olivier (19-Jesus Andres Yepez Morlets 58), 13-Marc Van De Font Bovenkamp, 26-Kurt Bondin (21-Nick Cutajar 58), 27-Andres Camilo Sanchez Gonzales (18-Ensell Attard 80), 77-Santiago Martinez Perlaza   – Coach: Clive Mizzi

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Jareth Grima

RABA’ UFF: Vladimir Rizoski

SKORERS: K. R. Fraga 3, A. B. De Souza Silva 30 (H)

AMMONITI: K. Shaw, L. Villela Lapert, F. Falcone (H), M. Van De Font Bovenkamp (M)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport