Monday, December 23, 2024

Hibernians jersqu aktar viċin ir-rebħ tal-kampjonat

Aqra wkoll

Hibernians ……0

Floriana ……….0

Hibernians żammew iż-żewġ punti vantaġġ f’ras il-klassifika tal-Kampjonat Premier meta temmew fi draw ta’ mingħajr goals biex resqu aktar viċin għar-rebħ tal-kampjonat. 

Il-coach ta’ Floriana Gian­luca Atzori għamel erba’ bidliet mill-aħħar ħarġa tagħ­hom hekk kif daħlu Christian Rutjens, Kemar Reid, Matias Garcia u Brandron Paiber. Għal Hiber­nians, fin-nuqqas tas-sospiż Dunstan Vella beda Raphael dos Anjos filwaqt li Hugo da Costa ħa post Zachary Grech.

Iż-żewġ timijiet ħarġu jfittxu goal kmieni u wara tliet minuti, Ryan Camenzuli kellu xutt fil-baxx li falla bi ftit.

Żewġ minuti wara, Jake Grech ittanta xortih b’xutt minn barra l-kaxxa li mar ftit barra. Fid-disa’ minuta, Brian Thaylor kellu cross-shot imdawwar f’corner minn mill-goalkeeper Georgi Kitanov biex żewġ minuti wara, Andrei Ciolacu temm azzjoni personali fuq ix-xellug b’xutt li laqat ix-xibka minn barra. Fit-13-il minuta, minn cross mil-lemin ta’ Paiber, Emiliano Callegari bir-ras tefa’ ftit barra.

Fis-26 minuta, il-Pawlisti kellhom l-aħjar ċans li jiftħu l-iskor meta f’tentattiv biex jantiċipa lil Da Costa, il-goalkeeper Kitanov tajjar il-ballun bl-għaġġla u ħadu Jurgen Degabriele li qabeż lil Oualid El Hasni iżda  l-konklużjoni tiegħu ġiet mxellfa f’corner.

Tliet minuti wara, free­kick ta’ Paiber ġie mblukkat minn Kone biex ftit tas-sekondi wara, xutt bid-dawra ta’ Da Costa għadda ftit barra wara li rċieva cross mil-lemin.  Floriana rrispondew b’ xutt angolat ta’ Camenzuli li Kone salva tajjeb.

Fit-tieni taqsima, iż-żewġ timijiet komplew jaqsmu l-logħob u ċ-ċansijiet ta’ skor naqsu xi ftit hekk kif id-difiżi rispettivi bdew jagħlqu l-ispazji kollha.

Fit-58 minuta, Floriana ttantaw xortihom bi free-kick ta’ Paiber li ġie mblukkat mill-barriera u mir-rebound, il-midfielder internazzjonali Malti reġa’ ħa l-ballun bil-konklużjoni tiegħu din id-darba tiġi salvata minn Kone.

Minuta fuq il-ħin, Flo­riana appellaw għal penalty meta s-sostitut Mattia Veselji rċieva ballun tajjeb iżda deher jaqa’ fil-kaxxa wara daħla ta’ Agius imma r-referee Slobodan Petrovic ħalla l-logħob għaddej biex fl-94 minuta, sostitut ieħor, Hovsepyan kien għoddu ħasad lil Kone.

HIbernians: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap (19-Joseph Zerafa 73), 4-Leandro Almeida, 6-Raphael dos Anjos (30-Alvaro Muniz Cegarra 70), 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele (13-Zachary Grech 83), 18-Thaylor Aldama,  20-Andrei Agius, 22-Gabriel Artiles, 42-Ali Diakite, 70-Hugo Filipe da Costa Oliveira  – Coach: Stefano Sanderra

floriana: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 4-Oualid El Hasni (6-Rumyan Hovsep­yan 79), 8-Kemar Reid (10-Uli­ses Jose Arias 69), 11-Andrei Ciolacu, 20-Matias Nicolas Garcia, 22-Brandon Paiber, 28-Emiliano Callegari, 30-Jan Busuttil (21-Mattia Veselji 84), 94-Ryan Camenzuli  – Coach: Gianluca Atzori

REFEREE: Slobodan Petro­vic

ASS. REFEREES: Jurgen Spi­teri, Duncan Sultana

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: Ħadd

AMMONITI: M. Garcia, C. Rutjens, B. Paiber (F); L. Almeida, T. Aldama, R. dos Anjos, J. Degabriele (H)

Ekonomija

Sport