Hibernians ikkonfermaw l-akkwist tal-goalkeeper veteran ta’ 44 sena, Justin Haber.
Huwa kien ili jfittex li jingħaqad ma’ klabb ġdid sa minn meta ħalla lil Zabbar St Patrick, fi tmiem l-istaġun li għadda.
Għal Haber din s etkun it-tielet esperjenza tiegħu ma’ Hibernians wara li lagħab magħhom matul it-tieni parti tal-istaġuni 2015-16 u 2022-23.