Monday, November 11, 2024

Hibernians jiksbu rebħa minima fuq Floriana

Aqra wkoll

Hibernians………1

Floriana………….0

Hibernians għelbu lil Floriana bl-iskor minimu ta’ 1-0, u telgħu fit-tieni post tal-klassifika. B’hekk, huma kisbu t-tieni rebha konsekuttiva fuq il-Greens f’temp ta’ erbat ijiem, wara li nhar il-Ħamis li għadda, għelbuhom fil-finali tal-BOV Super Cup Gozo Edition.

Kienu Floriana li ħolqu l-ewwel periklu fid-19-il minuta meta Kemar Reid kellux x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Justin Haber. Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Hibernians fetħu l-iskor, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa, meta JAKE GRECH minn pożizzjoni ideali għeleb lill-goalkeeper Bulgaru ta’ Floriana, Georgi Kitanov.

Fil-71 minuta, is-sostitut James Scicluna għal Floriana kellu tentattiv li ntemm għoli. Fid-79 minuta, il-Greens qalgħu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players, hekk kif tkeċċa għalihom permezz ta’ karta ħamra diretta, il-player Christian Rutjens.

Hibernians komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Hibernians: 16-Justin Haber, 3-Ferdinando Apap, 4-Kurt Shaw, 6-Gonzalo Llerena Bravo (Rodolfo Soares 46), 7-Thaylor Aldama, 8-Jake Grech, 11-Bjorn Kristensen (20-Andrei Agius 84), 17-Gabriel Mensah (10-Jurgen Degabriele 60), 22-Gabriel Artiles (19-Joseph Zerafa 72), 23-Yunusa Muritala Owolabi (9-Jairo Rivero Morillas 72), 42-Ali Diakite Coach: Andrea Pisanu

Floriana: 33-Georgi Kitanov, 2-Adam Magri Overend, 3-Christian Rutjens, 8-Kemar Reid, 10-Jose Ulises Arias, 17-Owen Spiteri (11-James Scicluna 68), 21-Carlo Zammit Lonardelli (5-Zachary Cassar 51), 24-Lorenzo De Grazia, 25-Lorenzo Trillo (9-Andrei Ciolacu 51), 28-Emilano Callegari, 30-Jan Busuttil Coach: Gianluca Atzori

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: Alan Camilleri, Jurgen Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: J. Grech 46 (H)

Tkeċċa: C. Rutjens 79 (F)

Ammoniti: F. Apap, G. Llerena Bravo, G, Artiles (H), J. Ulises Arias (F)

Player tal-Logħba: Jake Grech (H)

Sport