Thursday, October 10, 2024

Hibernians jirbħu b’goal drammatiku ta’ Bjorn Kristensen

Aqra wkoll

Gudja United …..1

Hibernians ……..2

Goal tliet minuti fil-ħin miżjud ta lil Hibernians rebħa ta’ 2-1 fuq Gudja United biex b’hekk komplew ikabbru l-vantaġġ f’ras il-klassifika.

Hibernians ħarġu taj­jeb iżda wara li marru fil-vantaġġ, dehru li kienu moħħ­hom mistrieħ biex Gudja daħlu fil-logħba meta ġabu l-goal tad-draw u kellu jkun biss goal fil-ħin miżjud li ċaħħad lil dawn tal-aħħar minn punt meritat.

Gudja kellhom tliet bid­liet mit-team li temm fi draw 0-0 ma’ Sirens hekk kif irritorna Louis Beland u bdew ukoll mal-ewwel ħdax Neil Micallef u Temitope Abdul b’dawn jieħdu post Filip Pankarican u s-sospiżi Farid Romero Zuniga u Tensior Gusman.

Min-naħa l-oħra, għal Hibernians, irritorna Wilfried Domoraud li beda minflok Ayrton Attard. Qabel il-partita, il-coach Stefano Sanderra u l-midfielder Jake Grech ġew ippreżentati bl-unuri tal-Aħjar Coach u l-Aħjar Player għax-Xahar ta’ Novembru.

Kienu Hibernians li ħol­qu l-ewwel okkażjoni ta’ skor meta minn free-kick ta’ Degabriele mil-lemin, daqqa ta’ ras ta’ Almeida ġiet salvata minn Zammit fit-13-il minuta.

Ħames minuti wara, Hibs marru minn fuq meta JURGEN DEGABRIELE ħa l-ballun fi tliet kwarti tal-pitch u avvanza qabel għeleb lil Zammit b’xutt sabiħ minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna tax-xibka. Fil-21 minuta, Mensah għadda l-ballun lejn Abdul iżda x-xutt fil-baxx ġie salvat minn Kone. Seba’ minuti wara minn corner ta’ Beland daqqa ta’ ras ta’ Dudarev ġiet salvata minn Ibrahim Kone.

Erba’ minuti fit-tieni taqsima minn cross ta’ Thaylor mil-lemin, Degabriele kellu xutt sabiħ salvat f’ żewġ tentattivi minn Zammit.

Fit-58 minuta, Gudja kisbu d-draw. Beland għadda l-ballun lejn Dias li ġie mwaqqa’ fil-kaxxa  minn Ko­ne biex mill-11-il-metru LOUIS BELAND-GOYETTE ma falliex.

Il-Pawlisti dehru maħsuda b’ dan il-goal u r-reazzjoni damet ma waslet. Madankollu meta kollox deher li l-logħba kienet se tintemm fi draw, Hibs skorjaw il-goal tar-rebħa meta wara azzjoni ta’ corner, Degabriele daħal tajjeb mil-lemin u kkrossja lejn BJORN KRISTENSEN li kellu l-ewwel tentattiv tiegħu imblukkat qabel tefa’ fix-xibka.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Louis Beland, 8-Rodolfo Soares, 9-Aidan Friggieri (11-Filip Pankarican 84), 19-Llywelyn Cremona, 17-Gabriel Mensah, 23-Neil Tabone, 28-Igor Dudarev, 81-Neil Anthony Micallef, 92-Temitope Abdul, 99-Marcelo Dias  – Coach: Thane Micallef

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen, 12-Dunstan Vella, 18-Thaylor Aldama, 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Izquier Artiles, 88-Wilfried Domoraud (7-Ayrton Attard 89)  – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Stefan Pace

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Slobodan Petrovic

SKORERS: J. Degabriele 18, B. Kristensen 93 (H); L.Beland 58 pen (GU)

AMMONITI: F. Apap, I. Kone, B. Kristensen, T. Aldama (H); L. Beland, R. Soares, T. Abdul, G. Zammit (GU)

PLAYER TAL-LOGĦBA – Jurgen Degabriele (Hibs)

Sport