Minn Cristian Muscat
Hibernians ……………..1
Sliema Wanderers ….0
B’wirja ta’ karattru, Hibernians għelbu l-isfida ta’ Sliema Wanderers b’goal uniku ta’ Jurgen Degabriele biex issa fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti fil-quċċata tal-klassifika.
Kienet rebħa meritata għall-Pawlisti li pproduċew l-isbaħ logħob u qatt ma taw ċans lill-Wanderers biex jidħlu fil-partita.
Dan hekk kif dehru tattikament organizzati, kuntrarju għall-Wanderers li f’xi waqtiet dehru traskurati speċjalment fid-difiża.
B’hekk Hibernians irritornaw għar-rebħ wara tliet draws konsekuttivi waqt li l-Wanderers, wara żewġ rebħiet infila, reġgħu sfaw megħluba.
Kien biss fit-18-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Hibernians ikunu huma li joħolqu l-periklu meta xutt minn Erjon Beu ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper David Cassar sakemm id-difiża Slimiża kklerjat il-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.
Madankollu, l-azzjoni li segwiet, fid-19-il minuta, Hibernians fetħu l-iskor permezz ta’ xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa ta’ JURGEN DEGABRIELE, li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Slimiż isalva.
Il-Wanderers wieġbu fit-23 minuta bi cross ta’ Valmir Berisha li spiċċa għand Ruslan Kisil li t-tentattiv tiegħu bit-takkuna intemm barra.
Fit-tieni taqsima, Hibernians komplew bl-istess ritmu u fl-64 minuta Cassar salva bi tbatija x-xutt ta’ Degabriele minn barra l-kaxxa.
Huma komplew jippressaw u żewġ minuti biss wara free-kick insidjuż ta’ Degabriele ġie mdawwar f’corner minn Cassar.
Il-Pawlisti komplew jiddominaw u fis-86 minuta, is-sostitut Hugo Oliveira, kellu xutt fil-baxx li għadda jħakkek mal-wieqfa, bis- Slimiżi jeħilsuha ħafif.
HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 10-Jurgen Degabriele (88-Wilfried Domoraud 80), 12-Dunstan Vella, 13-Zachary Grech, 17-Erjon Beu (70-Hugo Filipe Da Costa Oliveira 80), 19-Joseph Zerafa, 20-Andrei Agius, 30-Alvaro Muniz, 42-Ali Diakate – Coach: Stefano Sanderra
SLIEMA W.: 24-David Cassar, 3-Juan Palo Morales, 5-Kurt Shaw, 6-Gabriel Aquilina, 7-John Mintoff (25-Yuki Uchida 81), 10-Inters Gui (18-Edmond Agius 74), 11-Ruslan Kisil (19-Jake Engerer 81), 23-Matteo Piciollo, 29-Oscar Linton, 88-Dejan Vukovic (77- Amadou Pape Samb 74), 99-Valmir Berisha (30-Jean Paul Farrugia 60) – Coach: Andrea Pisanu
REFEREE: Slobodan Petrovic
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Matthew Degabriele
SKORER: J. Degabriele 19 (H)
AMMONITI: V. Berisha, I. Gui, G. Aquilina (SW), J. Zerafa, L. Almeida (H)