Hibernians ……..3
Sta Lucia ………..2
Kollox kien qed jindika li Hibernians setgħu jkollhom rebħa faċli, hekk kif sa tmiem l-ewwel taqsima, kienu, żewg goals minn fuq. Madankolu, fit-tieni taqsima Santa Lucia wettqu reazzjoni tajba u minbarra li skorjaw żewġ goals li permezz tagħhom kisbu d-draw momentarju, għamlu l-ħajja ferm diffiċli għall-Pawlisti. Iżda, finalment kienu Hibernians, li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.
Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor fil-ħames minuta meta kien GIANNIS BASTIANOS permezz ta’ xutt b’saħħtu.
Il-Luċjani wettqu reazzjoni tajba u mal-kwarta logħob, xutt ta’ Carlos Gabriel għadda ftit għoli.
Iżda 20 sekonda biss wara, il-Pawlisti rduppjaw l-iskor meta Rodney Antwi, għadda tajjeb lejn GIANNIS BASTIANOS li b’xutt mill-ewwel tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta persoanli.
Il-Pawlisti baqgħu jiddominaw u fid-19-il minuta huma rebħu penalty meta Patrick de Oliveira waqqa’ lil Luiz Enrique Guedes fil-kaxxa.
Iżda mill-11-il metru, Rodney Antwi li ra t-tenattiv tuegħu salvat bi minn Celio.
Fit-32 minuta, Santa Lucia resqu ferm viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor meta Tatsuro Nagamatsu temm ġirja tajba permezz ta’ konklużjoni fil-baxx, bil-ballun jintemm ftit barra.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Santa Lucia dehru ttrasformati u fit-52 minuta naqqsu d-distakk meta Tatsuro Nagamatsu kellu xutt fil-baxx li ġie salvat parzjalment mill- goalkeeper tal-Pawlisti, Ibrahim Kone, biex mir-rebound, LUCAS SENA SILVA, tefa’ ġewwa.
Il-Luċjani komplew jipproduċu logħob sabiħ u erba’ minuti wara, ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ ADAM BRADSHAW li fajjar xutt li ma ta l-ebda ċans ll Kone.
Iżda, fit-72 minuta, kellhom ikunu Hibernians li skorjaw il-goal tar-rebħa meta Rodney Antwi temm ġirja tajba fuq il-lemin, għadda tajjeb lejn JURGEN DEGABRIELE, li mill-viċin iddepożita l-ballun fix-xibka.
Santa Lucia wettqu reazzjoni tajba u fit-83 minuta, xutt ta’ Mattias Ellul, għadda ftit għoli.
Hibernians komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
HIbernians: 24-Ibrahim Kone, 5-Kurt Shaw, 7-Ayrton Attard, 8-Robert Bairam, 10-Jurgen Degabriele (16-Samuel Okoh 90), 11-Bjorn Kristensen, 13-Zachary Grech, 29-Giannis Bastianos, 31-Eriks De Souza Santos (9-Armen Hovhannisyan 60), 77-Rodney Antwi (6-Lucas Caruana 89), 99-Luiz Henrique Guedes (3-Ferdinando Apap 60) – Coach: Branko Nisevic
STA LUCIA 12-Francisco Celio, 3-Mattias Ellul, 9-Eduardo Alves, 10-Tatsuro Nagamatsu (27-Alessio Piazza 83), 11-Lucas Sena Silva (29-Jed Valletta 83), 15-Adam Bradshaw, 17-Jurgen Pisani, 18-Jan Tanti (14-Dexter Xuereb 48), 20-Nicolas Virano, 22-Carlos Gabriel Moreira (21-Jamie Carbone 87), 33-Patrick De Oliveira Ramos (55-Sven Xerri 74) – Coach: Alessandro Zinnari
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: G. Bastianos 5, 18, J. Degabriele 72 (H), L. Sena Silva 52, A. Bradshaw 56 (SL)
AMMONITI: G. N. Virano, T. Nagamatsu, A. Piazza (SL), J. Degabriele, A. Hovhannisyan (H)
x