Saturday, September 14, 2024

Hibernians ma japprofittawx mit-telfa ta’ Floriana

Aqra wkoll

Hamrun Spartans ……2

Hibernians …………..…1

Hibernians naqsu milli japprofittaw mit-telfa ta’ Floriana kontra Gzira United meta sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 minn Hamrun Spartans. Bla dubju, Ħamrun kienu aħjar mill-avversarji u kien jimmeritahom it-tliet punti biex b’ hekk kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva.

Kienu Hibernians li kel­lhom l-ewwel konklużjoni perikoluża b’xutt bid-dawra ta’ Jurgen Degabriele li għadda ftit barra iżda fil-ve­ritá, kienu l-Ispartans li gawdew aktar mill-pussess tal-ballun għalkemm iċ-ċansijiet ta’ skor kienu ftit li xejn.

Fil-11-il minuta, Joseph Mbong indirizza l-ballun bir-ras lejn Fedele iżda dan ġie antiċipat minn Agius li bir-ras ukoll tefa’ l-ballun f’corner. Tmien minuti wara, Franklin Sasere rnexxielu jegħleb lil Kone iżda  l-goal ġie mħassar għal pożizzjoni ta’ offside.

Madankollu, fl-34 minuta, Hamrun fetħu l-iskor meta minn corner ta’ Faissal El Bakhtaoui, Arthur Oyama għadda ballun fil-baxx lejn DARKO GOJKOVIC li mill-viċin spara ġewwa.

Iżda tliet minuti wara, Hibs kisbu d-draw meta wara azzjoni tajba bejn Ferdinando Apap, Jurgen Degabriele u Jake Grech fuq il-lemin, mill-cross ta’ dan, GABRIEL IZQUIER ARTILES ikkon­trolla qabel għeleb lil Bonello.

Minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, xutt minn barra l-kaxxa ta’ El Bakhtaoui ġie salvat minn Kone.

Mas-siegħa logħob Hamrun kienu sfortunati meta mill-cross ta’  El Bakhtaoui, id-daqqa ta’ ras ta’ Sasere ħabtet mal-mimduda.

Iżda fid-69 minuta huma marru fil-vantaġġ meta FAISSAL EL BAKHTAOUI daħal tajjeb fil-kaxxa u ġie mwaqqa’ minn Diakite. Ir-re­feree Malcolm Spiteri ordna penalty u l-istess attakkant Ħamruniż ma żbaljax.

Erba’ minuti wara, il-Paw­listi appellaw għal penalty meta sostnew li Oyama mess il-ballun b’idu u fis-75 minuta minn corner ta’  Izquier, Andrei Agius ikkontrolla tajjeb u mill-viċin laqat sieq il-lasta.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic (23-Luke Gambin 84), 7-Joseph Mbong, 12-Arthur Oyama, 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere, 20-Matteo Fedele (10-Ailton Jorge Soares 61), 28-Juan Carlos Corbalan, 29-Predrag Djordjevic (33-Isaac Ntow 61), 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui  – Coach: Branko Ni­sevic

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida, 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella (30-Alvaro Muniz Cegarra 93), 13-Zachary Grech (70-Hugo Filipe da Costa Oliveira 72), 18-Thaylor Aldama, 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Izquier Artiles (88-Wilfried Domoraud 90), 42-Ali Diakite (6-Raphael dos Anjos 72)  – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Fyodor Zammit

SKORERS: D. Gojkovic 34,  F.  El Bakhtaoui 69 pen (HS); G. Artiles 37 (H)

AMMONITI: P. Djordjevic, A. Oyama, E. Marcelina, D. Goj­kovic, A. Soares (ĦS); A. Diakite, T. Aldama, F. Apap, D. Vella (H)

Ekonomija

Sport