Minn Cristian Muscat
Hamrun Spartans ……0
Hibernians ………..……0
Hibernians u Hamrun Spartans temmew fi draw ta’ 0-0, bil-Pawlisti ma japprofittawx minn supejoritá numerika għal aktar minn taqsima sħiħa biex fallew żewġ punti importanti.
Dan ir-riżultat l-anqas lil Hamrun ma kkuntenta minħabba li jistgħu jsibu ruħhom barra mill-ewwel sitta meta fadal żewġ partiti x’jintlagħbu.
Fil-11-il minuta, Hibernians, ipprotestaw għall-penalty meta d-difensur Franċiż Claude Dielna deher iwaqqa’ lil Jurgen Degabriele fil-kaxxa iżda r-referee Glen Tonna ħalla l-logħob għaddej. U lanqas kienet għaddiet minuta li l-Pawlisti ma reġgħux ipprotestaw għal penalty ieħor meta d-difensur Steve Borg deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa iżda r-referee reġa’ ma ppuntax lejn il-penalty spot.
Fid-29 minuta, Hamrun Spartans spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Claude Dielna permezz ta’ karta ħamra diretta, wara li waqqa’ lil Hugo Filipe Da Costa fil-kaxxa.
Mill-11-il metru nkariga ruħa l-istess attakkant Portugiż Hugo Filipe Da Costa li iżda ra lill-goalkeeper Henry Bonello, idawwar f’corner bi bravura.
Fit-42 minuta, Hibernians reġgħu heddew iżda x-xutt ta’ Dunstan Vella minn barra l-kaxxa għadda ftit għoli.
L-ewwel mumenti tat-tieni taqsima kienu ferm kwieti u nieqsa minn kull emozzjoni b’ħafna logħob f’nofs il-ground. Iżda fid-69 minuta Jurgen Degabriele xeħet cross-shot li iżda ġie interċettat minn Henry Bonello.
Huma komplew jippersistu u fit-72 minuta fallew ċans tad-deheb meta Jake Grech xeħet barra minn pożizzjoni ideali.
Fl-84 minuta, Hibernians reġgħu ħolqu l-periklu permezz ta’ xutt qawwi ta’ Dunstan Vella minn barra l-kaxxa iżda Bonello dawwar f’corner.
Iż-żewġ timijiet għamlu minn kollox biex isibu l-goal tar-rebħa iżda l-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita.
HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 7-Joseph Essien Mbong, 10-Jorge Ailton Saores (8-Christian Mercieca 60), 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere, 20-Matteo Fedele (28-Juan Carlos Corbalan 70), 23-Luke Gambin (4-Darko Gojkovic 89), 33-Isaac Ntow (29-Predrag Djordjevic 70), 44-Claude Dielna, 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui – Coach: Branko Nisevic
HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 6-Raphael Dis Anjos (13-Zachary Grech 83), 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella, 18-Thaylor Aldama (17-Erjon Beu 68), 19-Joseph Zerafa (8-Jake Grech 68), 22-Gabriel Izqqier Artiles, 30-Alvaro Muniz Cegarra (88-Wilfried Domoraud 83), 42-Ali Diakite, 70-Hugo Filipe De Costa Oliveira – Coach: Stefano Sanderra
REFEREE: Glen Tonna
ASS. REFEREES: Mitchell Scerri, James Muscat
RABA’ UFF: Fyodor Zammit
AMMONITI: I. Ntow, M. Fedele (HS), R. Dos Anjos, F. Apap (H)
TKEĊĊA: C. Dielna 29 (HS)