Hibernians …..0
Zabbar SP ……4
Minn Cristian Muscat
Kontra kull mistenni Zabbar St Patrick umiljaw lil Hibernians bl-iskor ta’ 4-0 biex dawn tal-aħħar ħadu gambetta fit-tentattiv li jikkwalifikaw għas-semi-finali għar-rebħ tat-titlu.
Detrimentali għal Hibernians kien il-fatt li lagħbu għat-tieni taqsima sħiħa bi player inqas wara t-tkrċċija ta’ Pedro Henrique fl-aħħar mumenti tal-ewwel taqsima.
Ta’ nota huwa l-fatt li qabel il-partita ġiet osservata minuta silenzju għall-memorja tal-leġġendarju ta’ Hibernians, Louis Theobald, li miet is-Sibt fl-etá ta’ 86 sena.
Intant, kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta xutt ta’ Lucas Lapert Villela ġie salvat minn fuq il-linja minn Jake Micallef, biex salva goal ċert.
Iżda kienu Zabbar li fetħu l-iskor disa’ minuti wara, meta wara li rċieva minn azjoni ta’ free-kick, id-difiża ta’ Hibernians naqset milli tikklerja, u wara taħwida fil-kaxxa, KRISTIAN KEQI kien pront u mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.
Huma komplew fuq l-offensiva u fit-32 minuta xutt mid-distanza ta’ Marcelo Barros Santos ġie devjat f’corner minn Kurt Shaw.
Madankollu, kienu Hibernians li resqu ferm viċin li jiksbu d-draw żewġ minuti biss wara meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jurgen Degabriele, Dexter Xuereb kellu d-daqqa ta’ ras salvata mill-goalkeeper, Luca Camilleri, megħjun mill-wieqfa.
Fit-42 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Pedro Henrique Nunes Silva ġie salvat tajjeb minn Camilleri.
Iż-Żabbarin wieġbu fil-45 minuta permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa li ġie newrtrlizzat mill-goalkeeper Hugo Sacco.
U biex l-affarijiet komplew sejrin ħażin għall-Pawlisti, sekondi biss wara huma spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Pedro Henrique wara foul ta’ ritaljazzjoni fuq Keqi.
Fit-53 minuta, Zabbar heddew iżda x-xutt ta’ Keqi spiċċa barra.
B’azzjoni wara l-oħra, fis-57 minuta Zabbar irduppjaw meta s-sostitut DAVID OLIVEIRA SOUZA li kien ilu biss ftit sekondi fil-ground, xeħet ġewwa mill-viċin.
Fit-68 minuta, iż-Żabbarin għamluhom tlieta permezz ta’ xutt dijagonali fil-baxx ta’ BRIAN GAMBARTE li ma ta l-ebda ċans lil Sacco jsalva, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Fit-78 minuta, kienu għoddhom għamluhom erbgħa meta Keqi kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Sacco, biex mir-rebound Stefan Ilic kien sfortunat meta ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jistampa mal-wieqfa, b’Hibernians jeħilsuha ħafif.
Iżda r-raba’ goal għalihom li permezz tiegħu ssiġillaw ir-rebħa kellu jasal fis-87 minuta permezz ta’ tap-in mill-viiċn ta’ DAVID OLIVEIRA SOUZA biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
HIBERNIANS: 30-Hugo Sacco, 4-Alfred Silas (20-Federico Falcone 77), 5-Kurt Shaw, 7-Lucas Villela, 10-Jurgen Degabriele (17-Isaiah Chukunyere 59), 11-Bjorn Kristensen, 14-Dexter Xuereb, 16-Rui Bruno Ribeiro, 21-Alex Bruno De Souza Silva (19-Stanislav Sorokin 59), 22-Ilias Martinis (23-Matthew Ellul 82), 44-Pedro Henrique Nunes Silva – Coach: Branko Nisevic
ZABBAR SP: 1-Luca Camilleri, 5-Jake Micallef (23-Gianluca Zammit 73), 10-Brian Ariel Gambarte, 11-Stefan Ilic (22-Isaac Thomas James Davey 80), 17-Jurgen Pisani, 19-Diogo Joao Tavares (14-Antonio Pio Iervolino 73), 21-Strahinja Jovancic, 28-Vinicius De Paiva, 30-Kristian Keqi, 55-Dorde Jovicic (8-Wallace Bonila Felix 46), 95-Marcelo Barros Santos (99-David Oliveira Souza 57) – Coach: Aniello Parisi
REFEREE: Daniel Casha
ASS. REFEREES: James Muscat, Max-Lee Muscat
RABA’ UFF: Alex Johnson
SKORERS: K. Keqi 19, D. Oliveira Souza 57, 87, B. A. Gambarte 68 (ZSP)
AMMONITI: M. Barros Santos, S. Jovancic, J. Micallef (ZSP), A. Bruno De Souza Silva (H)
TKEĊĊA: P. H. Nunes Silva 47 (H)