Uffiċjali ta’ Heritage Malta lllum bdew ħidma biex inaddfu żebgħa li kien hemm mal-faċċata tal-Palazz tal-President fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
F’rapporti li dehru fil-midja lokali, kelliem għal Heritage Malta kkonferma li l-impjegati tagħha bdew il-ġurnata b’xogħol ta’ tindif tal-faċċata wara li l-Ħamis filgħaxija saret ħsara.
Jidher li minn investigazzjonijiet preliminari ż-żebgħa ħarġet minn gassijiet li spiċċaw biex tebgħu partijiet mill-ħajt tal-Palazz.
Rapporti lokali qalu li t-tebgħa ma tistax titneħħa b’operazzjoni sempliċi ta’ tindif iżda jkun meħtieġ xogħol estensiv ta’ restawr u konservazzjoni.
Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.