Saturday, December 21, 2024

Ħidma għal titjib fl-involviment tal-impjegati fit-tranżizzjoni ekoloġika

Aqra wkoll

Il-General Workers’ Union se tkun qed tagħmel parti minn proġett ta’ OPZZ (l-akbar għaqda tat-trejdjunjins fil-Polonja). Proġett bl-isem “Ħidma għal titjib fl-involviment tal-impjegati fl-impriżi fl-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar fil-bidla mmexxija minn transizzjoni ekoloġika”, li għadu kif ġie aċċettat mill-Unjoni Ewropea u li fih se tipparteċipa wkoll The Malta Chamber.

It-tibdil mgħaġġel fid-dinja tax-xogħol u ristrutturar li għaddej bħalissa, bħad-diġitalizzazzjoni, l-awtomazzjoni , u t-tranżizzjoni ekoloġika, qed ikollhom impatt sinifikanti fuq il-prattiki, il-ħtiġijiet u l-forom parteċipattivi fil-postijiet tax-xogħol Ewropej.

Dawn il-bidliet għandhom implikazzjonijiet fuq il-ħaddiema, min iħaddem, u dawk li jfasslu l-politika, u jeħtieġu sforz ikkoordinat biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u ekwa għall-partijiet interessati kollha.

L-għan ġenerali ta’ dan il-proġett huwa li tinbena l-kapaċità tal-partijiet interessati biex jużaw għodod ta’ informazzjoni, konsultazzjonijiet u parteċipazzjoni fuq il-post tax-xogħol, li jiżguraw involviment effettiv tal-ħaddiema fi teħid ta’ deċiżjonijiet u li jqisu l-interessi tagħhom, u b’hekk tiġi indirizzata t-tieni prijorità, dik ta’ appoġġ għall-involviment tal-ħaddiema fl-antiċipazzjoni u l-immaniġġjar fil-bidla u l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tat-tilwim fil-każ ta’ diversi forom ta’ ristrutturar.

Il-proġett jinkludi ċ-ċiklu kollu u jimmira fuq il-ħaddiema, min iħaddem, l-impriżi Ewropej, it-trejdjunjins, l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, l-esperti, u dawk li jfasslu l-politika minn madwar l-Ewropa.

Il-proġett jinkludi l-iżvilupp tan-Netwerk Ewropew ta’ Konsulenti għall-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema Ekoloġiku (EGWPAN), korsijiet ta’ kompetenza, tħejjija ta’ OERs (pjattaforma ta’ tagħlim elettroniku), korsijiet ta’ immaniġġjar fil-bidla ekoloġika, Pjan ta’ Azzjoni tal-Immaniġġjar fil-Bidla Ekoloġika, eċċ. Il-proġett fih objettivi SMART, li se jintlaħaq fi żmien għoxrin xahar. Barra minn hekk, l-impatt tal-proġett se jkompli jkopri lil hinn miċ-ċiklu tal-proġett permezz tal-użu tal-OER u open licence outputs. 

Ekonomija

Sport