Tuesday, March 10, 2026

Ħidma mill-Ministru tas-Saħħa biex jinġiebu Epipens

Aqra wkoll

Bħalissa għaddejja ħidma ma taqta xejn biex f’pajjiżna jinġiebu Epipens li se jkunu ta’ għajnuna għal mijiet kbar ta’ persuni f’pajjiżna.

Fil-Parlament il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo qal li jinsab informat li minħabba data ta’ skadenza qasira ferm u export bans f’ħafna pajjizi, il-loġistika għall-akwist ta’ din il-mediċina hija partikolari iżda l-Ministeru qiegħed on track għal din is-sena kif wegħdt jiena stess.

Ikkonferma li qed isir kull sforz biex il-proċess tal-procurement jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.   

Il-Ministru Abela qal fil-Parlament li uuwa stmat li din l-iskema ser tkun ta’ benefiċċju dirett għal madwar 480 tifel u tifla, kif ukoll 1,120 pazjenti adulti.  It-tfal ser ikunu forniti b’żewġ Epipens f’kull ħin filwaqt li l-adulti ser ikun fornuti b’waħda f’kull ħin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport