Saturday, November 23, 2024

“Ħidma sfiqa fil-biedja, sajd u drittijiet tal-annimali”

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem IT-TORĊA  tkellmet mal-Ministru għall-Agrikoltura u Ħarsien tal-Annimali dwar il-ħidma li għaddejja f’dan il-qasam.

Ftit tal-ġranet ilu Malta bagħtet 468 tunellata ta’ patata Maltija in-Nambia. Il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali flimkien ma’ Trade Malta ta l-appoġġ neċessarju fejn instab suq alternattiv għall-patata Maltija. X’inhuma l-kummenti tiegħek?

Din l-inizjattiva saret b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru tagħna cioe dak tal-Agrigoltura Sajd u Drittijiet ta’ l-Annimali u  tal-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u Ewropej. L-għan kien wieħed dupplici u ċioe li minn banda ngħinu lil bdiewa tagħna li minħabba ċ-ċirkostanza negattiva tal-Covid 19 spiċċaw bil-prodott ma’ wiċċhom u minn banda ngħinu lil min hu anqas ixxurtjat minnha tant li qed ibati l-ġuħ. Il-bidwi lokali spiċċa b’dan il-prodott ma’ wiċċu stante li twaqqfet l-esportazzjoni solita tiegħu u fejn anke il-konsum lokali naqas minħabba n-nuqqas ta’ turisti li regolarment iżidu l-popolazzjoni kurrenti tal-pajjiż. Din il-ġimgħa ixxandar filmat fuq il-media internazzjonali ta’ kwantita enormi ta’ patata fl-Awstralja qed tintrema bit-trakkijiet u l-gafef peress li ma sabitx suq. Ahna flok ma morna ghal din l-estremità rajna kif ibbilanċjajna l-affarijiet u filwaqt bl-użu ta’ fondi allokati għall-għajnuna fl-iżvilupp ta’ pajjiżi barranin, żammejna lil bidwi lokali ferhan, rajna wkoll li pajjiżna ikun solidali ma’ n-Nambia li qiegħda taffacja sitwazzjoni ta’ faqar u ġuħ. 

Se mmorru fuq settur ieħor, dak tas-Sajd. F’konferenza stampa id-Dipartiment tas-Sajd nieda servizzi ġodda lis-sajjied. Ghaliex inħass dan il-bżonn? U x’miżuri qed jittieħdu biex tgħejnu lil dan is-settur?

Is-settur tas-sajd huwa wieħed kardinali għal pajjiżna. Sfortunatament is-settur tas-sajd hu wieħed minn l-aktar li ibati miċ-ċirkostanzi li joħolquh. Is-sajjied rid jiffiċċja l-maltemp li jillimitaħ minn xogħlu, dan apparti li x-xogħol hu wieħed skabruż minnu innfsu. Barra minn hekk minħabba problemi ambjentali l-provista ma għadiex li kienet fl-antik. Il-Ministeru tiegħi għalhekk jinsab kommess illi jagħmel il-ħajja ta’ dawn in-nies aktar faċli kemm jista’ jkun u jgħinhom b’kull mod li jista’. Nidejna skemi bħal tal-Young Fisherman li tinċentiva aktar liż-żgħażagh jieħdu dan il-mestier. Bħal ma fis-settur agrikolu nedejna l-Farm Advisory Services li llum qed joffri servizzi lil bdiewa u r-raħħala tagħna, nedejna servizz ieħor analogu din id-darba fis-settur tas-sajd fejn qed niffukaw fuq is-servizz hekk imsejjaħ  ‘extension services’. Dan is-servizz formanti parti minn strateġija ta’ ristrutturar fid-Dipartiment tas-Sajd, jħares lejn faċilitar u simpliffikazzjoni ta’ procedure li huma mistennija minn kull sajjied. Illum spiċċa iz-żmien fejn is-sajjied jidħol bil-qabda tieghu jbieghha kif jogħġbu u għadda kollox. Illum hemm proċeduri differnenti fejn il-qabdiet jiġu recorded u jkun hemm traċċabilità mis-sajjied sal-mejda tal-konsum. Diversi proceduri oħra wkoll iridu jiġu segwiti f’każ ta’ trasferimenti ta’ bċejjeċ tal-baħar u drittijiet relatati mas-sajd. Il-Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex joffri l-aħjar servizzi possibbli lis-sajjieda tagħna filwaqt li jaħdem sabiex jiggarantixxi settur sostenibbli. Dan is-servizz se jkun qed iżid l-effiċjenza filwaqt li jiffoka l-aktar fuq il-bżonnijiet b’aktar għajnuniet li jwasslu biex itejbu l-operat tas-sajjieda stess. In segwitu għal dan il-għan ser jinfetħu dalwaqt żewġt uffiċini oħra wieħed f’San Pawl il-Baħar u ieħor f’Marsaxlokk. Nifhem it-tbatijiet tas-sajjieda speċjalment dak li għaddew minnu dan l-aħħar. F’Għawdex ukol hemm mil-ħsieb li jiġi ammeljorat u attrezzat aħjar l-uffiċċju li hemm prezenti. In oltre qed isir sforz sabiex is-sistemi tas-sajd b’mod holistiku jigu imtejba għal ġid ta’ l-industrija u tal-ħaddiema fiha. Finalment irridu niffokaw mhux biss li ntejbu dak li diga hemm iżda li noħolqu inċentivi ġodda.

Minn żmien għall-ieħor nisimgħu dwar id-Direttorat għall-Harsien tal-Annimali. Fl-opinjoni tiegħek x’inħu l-għan prinċipali tad-Direttorat? Tahseb li s-soċjeta Maltija saret aktar sensittiva lejn il-ħarsien tal-annimali?

L-għan huwa l-Harsien tal-Annimali kollha inġenerali. Dan il-gvern kemm f’din il-leġiżlatura kif ukoll f’dik ta’ qabilha hass li kellu jpoġġi d-drittijiet ta’ l-annimali f’dekasteru ad hoc. L-Ministeru jinsab kommess illi mhux biss jara li d-drittijiet ta’ l-annimali kollha ikunu mħarsa iżda li jniedi kampanji edukattivi sabiex jassikura tibdil fil-mentalità favur aktar ta’ l-annimali. Sfortunatament baqa’ min ghad ghandu mentalita li l-annimal qisu ma jhoss xejn, jissaporti kollox, u ghalhekk tista tagħmillu jew trabbieħ kif trid. Ahna irridu nkunu strumentali biex nibdlu din il-mentalità. Għax inutli toħoloq il-mekkaniżmi għal ħġid ta’ l-annimal meta l-mentalità tkun tiġbed f’direzzjoni oħra. 

Min naħa l-oħra d-direttorat jaħdem bis-sħiħ biex ilaħħaq mat-talbiet li jsirulu u tingħata għajnuna f’waqtha lill-annimali li jkunu mweġġa jew abbandunati. Il-Nedejna anke l-free phone 1717 u l-mobile app. Dan jinkludi informazzjoni dwar annimali li jinsabu fil-Kwartieri tad-Direttorat u jistghaw jinghataw ghall-adozzjoni kif ukoll informazzjoni ohra relatata . 

L-annimali kollha li jingabru mid-Direttorat jittieħdu l-isptar APH għal check up u sussegwentament għall-kull tip ta’ kura li jkollom bżonn. L-ispiża ghal dan is-servizz matul is-sena 2019 kienet ta’ Euro316,883.91. Wara li jigu kkurati, l-annimali jigu riabilitati u miżmuma mid-Direttorat ġewwa l-Ghammieri sakemm jigu adottati. Matul is-sena 2019, ngabru 590 kelb, 1670 qattus li minnhom ġew adottati 465 kelb u 253 qattus. 

Nedejna wkoll programm li jinkludi punti diversi dwar kif is-sitwazzjoni in generali ta’ l-annimali tista’ titjieb u dan b’mod specjali ghal annimali li jiggerrew fit-toroq specjalment qtates. Dan il-pjan jinkludi program ta’ neutering kemm ta’ annimali abbandunati kif ukoll ta’ pets fid-djar. 

Kemm isiru spezzjonijiet fuq moħqrija f’sena?

Matul is-sena, id-Direttorat jirċievi mat-800 rapport dwar moħqrija ta’ annimali w hawn jidher biċ-car li iva hawn nies li huma konxji. Isiru mat-800 spezjoni u madwar 350 follow up inspection li matulhom ġew konfiskati 80 annimal fosthom 70 kelb, 6 fniek u 2 żwiemel.

Minister for Agriculture, Fisheries and Animal Rights Anton Refalo addresses a press conference on the new services offered to the fisherman by the Fisheries Department

Is-sena li għaddiet id-Direttorat ipproċeda b’25 kwerela sabiex il-pulizija jieħdu passi kriminali kontra l-persuni li jkunu kisru l-liġi. Parti ewlenija mir-responsabbilitajiet ta’ dan id-direttorat hija l-promozzjoni tal-addozzjoni fejn fl-2019 ingħataw Euro75,950 bħala fondi għall-addozzjonijiet li saru fl-istess sena. Hafna ghaqdiet non-governattivi li jahdmu mall-annimali bbenifikaw minn fondi biex iwettqu proġetti utli għall-annimali. Fil-fatt sbatax-il għaqda non governattiva bejniethom inghataw Euro 96,840. Tqassmu wkoll fondi oħra biex ikopru li spejjeż veterinarji u operazzjonijiet komplessi. Permezz ta’ dan il-fond ibbenifikaw għaxar ghaqdiet volontarji li bejniethom ħadu s-somma ta Euro34,772.40 għall-operazzjonijiet komplessi li jammontaw għal total ta’ Euro3327.57. Matul din is-sena inghataw ukoll fondi lil Kunsilli Lokali bil-għan li jtejbu il-ħajja tal-annimali specjalment li stray. Permezz ta’ din l-inizjattiva twettqet mizura ohra tal-manifest elettorali li minnha ibbenifikaw hamsa w ghxrin Kunsill Lokali li bejniethom se jingħataw s-somma ta’ Euro174,466.81

Fil-jiem li għaddew twaqqaf l-ewwel bank nazzjonali tal-ġenetika biex jinċentiva r-riċerka biex jissaħħaħ is-settur agrikolu. Kif tħoss li dan il-proġett ser jgħin il-Gvern jilħaq il-mira tiegħu fil-Manifest elettorali li jipprijoritizza l-konservazzjoni tar-riżorsi naturali u kulturali tagħna?

Dan il-proġett se jikkumplimenta l-investiment eżistenti fid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Pjanti. L-għan ta’ din il-faċilita’ hija li tappoġġja l-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-iżvilupp tar-riżorsi ġenetici fl-agrikoltura kif ukoll mall-impenji internazzjonali li Malta riċentament iffirmat. Il-Bank tal-Genetika se jkollu mezzi biex jiggenera u janalizza d-diversita’ genetika taz-zrieragh. Dan il-progett jifforma parti mill-Manifest Elettorali tal-Gvern li kif semmejt tajjeb fil-mistoqsija tiegħek se jipprijoritizza l-konservazzjoni tar-rizorsi naturali u kulturali taghna. Dan se jistabbilixxi wkoll il-pedament għal aktar riċerka u innovazzjoni fix-xjenzi botanici.

Ghalfejn inħass il-bżonn li jsir dan il-proġett?

Malta ħasset il-ħtieġa li tiffoka serjament fuq il-konsevazzjoni tar-riżorsi ġenetiċi tagħħa speċjalment dawk tal-pjanti. Il-pajjiż diġa’ tilef numru sostanzjali mill-flora lokali sew selvaġġa kif ukoll dik li kienet tintuża mill-bdiewa tagħna u għalhekk ma nistgħux nippermettu li nkomplu nitilfu aktar minnha. Dawn il-pjanti jiggarantixxu ambjent san, agrikoltura sostenibbli u sigurta’ tal-ikel. Biex nikkonservaw dawn ir-riżorsi għandna bżonn dan il-bank tal-ġenetika.

Kemm ilu l-Ministeru jaħdem fuq dan il-proġett li huwa ġdid għall-pubbliku?

Il-Ministeru ghall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ilu jfassal dan il-proġett innovattiv għall-Malta b’teknoloġija avvanzata li qed iħejji l-preparamenti neċessarji sa’ mill-inqas l-2016. Id-Direttorat għall-Harsien tal-Pjanti hadem u għadu qed jaħhem bis-sħiħ fuq it-twaqqif ta’ dan it-tip ta’ bank.

Tajjeb ngħidu wkoll li l-Gvern ta w għadu jagħti importanza kbira lil dan il-proġett tant li hu meqjus bħala miżura tal-manifest elettorali. Dawn il-miżuri se jiġu mwettqa sa’ żmien stabbilit. Għalhekk, il-Gvern qed jiddedika ammont sostanzjali ta’ fondi nazzjonali u se jikseb fondi tal-Unjoni Ewropea biex titwettaq din il-mira tal-Gvern.

Sport