Sunday, November 24, 2024

ĦIDMET IL-PULIZIJA FIS-SOĊJETÀ

Aqra wkoll

Fil-jiem li għaddew saret ċerimonja fejn ġiet rikonoxxuta l-ħidma li jwettqu lpulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Din iċ-ċelebrazzjoni kkonfermat ix-xogħol delikat u diffiċli li ħafna drabi jħabbtu wiċċho miegħu l-pulizija.

Xogħol mimli sfidi u suċċessi fl-istess ħin fejn l-istatistika turi li l-ħidm tal-pulizija wasslet biex battiet il-kriminalità f’pajjiżna u l-arrest ta’ dawk li jwettqu r-reati
qed isir aktar immedjat.

It-trasformazzjoni fil-Korp tal-Pulizija kienet sinifikanti u kienet dovuta għad-dedikazzjoni, il-ħila u l-motivazzjoni tal-membri bl-appoġġ tas-soċjetà inġenerali. Dan wassal biex tikber il-fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u l-effiċjenza u l-effettività fl-operat tagħhom biex il-pajjiż ikun aktar sigur.

F’dan l-ambitu, żdiedet is-sigurtà fit-toroq minn meta ġiet introdotta s-sistema ta’
pulizija fil-komunità. Nifhmu li nħolqot kontroversja billi xi għases f’xi lokalitajiet qed ikunu magħluqin.

Għalkemm napprezzaw it-tħassib ta’ dawk li jridu li l-Għases ma jkunux. magħluqin, b’danakollu għandna għax nifhmu li sservizz tal-community policing qed ikun ukoll ta’ serħan il-moħħ għaċ-ċittadin.

Dan għaliex, l-ewwel ħaġa qed tkun aktar qrib iċ-ċittadin u t-tieni nett it-toroq qed ikunu sorveljati b’mod aktar aħjar u immedjat kontra r-reati li jistgħu jsiru. Fid-dawl ta’ dan, nemmnu li s-sistema tal-community policing trid tkompli tinfirex ma’ aktar inħawi ta’ pajjiżna, kif fil-fatt dan il-Gvern qiegħed jara li jsir.

Il-Korp tal-Pulizija mhux biss irnexxielu jkabbar il-fiduċja tal-poplu lejh kif jidher minn stħarriġ tal-Eurobarometer, il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta jikklassifika fost l-aktar istituzzjonijiet li għandhom il-fiduċja tal-poplu fil-gżejjer tagħna.

Għalhekk kien floku dak li qal il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron
Camilleri illi l-prijoritajiet tal-Korp tal-Pulizija se jibqgħu dawk li jipproteġu lis-soċjetà, bil-mezzi neċessarji kollha inkluż it-taħriġ u l-appoġġ leġiżlattiv biex il-pulizija jwettqu dmirhom b’mod effettiv.

Il-Gvern jinsab ukoll impenjat li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet u l-benesseri ta’ dawn il-ħaddiema billi jassigura s-sigurtà tagħhom u jipprovdilhom kull opportunità biex ikomplu jikbru professjonalment.

Kif ukoll li l-Gvern għandu l-ħeġġa li jsaħħaħ l-ambjent tax-xogħol, li japprezza d-diversità, l-inklussività u l-benessri mentali.

Sport