Tuesday, November 4, 2025

‘Hija emozzjoni sabiħa wisq kif tasal fil-‘finish line’ – Antoine Brignone

Aqra wkoll

Minn Cristian Mucsat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Triathlon fosthom lejn l-Ironman?

Iktar milli mħabba, ngħid li bdiet bħala sfida. Li jirnexxielek tagħmel 5/6 sigħat ittellaq u titgħallem

tliet dixxiplini mhux għal kulħadd. Di natura jien persuna kompetittiv u ridt nisfida lili nnifsi f’xi ħaġa li nkun ‘out of my comfort zone’. Tirrikjedi dixxiplina anke fil-ħin biex tlaħħaq max-xogħol u t-taħriġ. Dan l-isport jgħinek b’mod ħolistiku. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq is-suċċess li ksibt barra minn xtutna fil-jiem li għaddew?

Għal-ewwel darba li qatt għamiltha, b’rota road bike u sfortuni ta’ tyre baxx u ħin mitluf fit-transitions, kuntent bir-riżultat, imma mhux xi suċċess inkredibbli. Pretendejt li ħa nagħmilha f’iktar ħin u bqajt b’saħħti. 

Minn hawn nirringrazzja lill-Kowċ Jonathan Caruana ta’ Vitera Running & Triathlon. 

Kif tqis il-livell tat-triathlon f’pajjiżna fil-preżent?

Hawn min hu dilettant sew u ddedikat. Bħala sport mhux faċli u jagħti ħafna dixxiplina ta’ ħin, perseveranza u fuq kollox ma’ perspettiva tal-ħajja differenti. 

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Kieku hawn iktar riżorsi nemmen li jkollna livell aħjar. Peró, mhix kwistjoni ta’ stat u Gvern biss. Bħala sport mhux faċli u jirrikjedi ħafna investiment finanzjarju. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-Triathlon?

Din kienet sfida. Jekk nagħmilx oħra jew immur għall-‘full’ (għax din kienet half) jew jekk niqafx, għadni ma nafx. Għalissa qiegħed ingawdi l-mument ma’ sħabi tal-Vitera li kollha rnexxielhom jagħmlu Personal Best wara diversi tlielaq li għamlu qabel. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika t-Triathlon.

Jeżistu żewġ tipi ta’ nies. Dawk li jridu jaslu u dawk li ma jridux. Jekk trid tagħmel xi ħaġa, agħmilha. Dan l-isport jgħallmek ħafna anke fil-ħajja ta’ kuljum. Hija emozzjoni sabiħa wisq kif tasal fil-‘finish line’! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport