Monday, November 18, 2024

Hillclimb: Zach Zammit b’riżultati mill-aktar sodisfaċenti fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, 13 u 14 ta’ Awwissu, is-sewwieq Malti tal-Hillclimb, Zach Zammit, ħa sehem fil-25 round tal-Kampjonat Nazzjonali tal Hillclimb, li sar f’Shelsley Walsh, fir-Renju Unit.

Zammit ikkompeta ma’ 13-il sewwieq ieħor u kien l-uniku sewwieq mhux minn dan il-pajjiż.

Minn 14-il sewwieq, Zammit ikwalifika fil-11-il post, u b’hekk akkwista postu fir-run-offs, li huma sett ta’ tiġrijiet differenti għall-aktar 12-il karozza veloċi, fejn il-karozzi kollha jiġru b’mod individwali.

F’din it-tiġrija, il-kummentarju ffoka biss fuq il-karozza waħda li jkun hemm fuq il-korsa, u l-ħin tagħha jiġi rreġistrat. Ir-run-offs huma pjuttost esperjenza importanti peress li huma l-qofol tal-avveniment, minħabba li din hija t-tiġrija li tikseb il-punti għall-Kampjonat Nazzjonali Britanniku tal-Hillclimb.

Zammit temm il-ġurnata fit-tielet post fil-klassi tiegħu ta’ 14-il sewwieq u fit-12-il post ġenerali fost is-sewwieqa kollha.

Zammit se jirritorna r-Renju Unit fl-24 u l-25 ta’ Settembru għall-aħħar round tal-kampjonat li ser isir ġewwa Loton Park.

Ekonomija

Sport