L-attakkant Messikan Hirving Lozano irrifjuta li jġedded il-kuntratt ma’ Napoli u fuq kollox l-offerta ekonomika tal-Partenopei li jżidulu s-salarju.
Jidher li f’moħħ l-attakkant Messikan hemm li jmur jilgħab x’imkien ieħor qabel ma jiskadi dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Fil-fatt, klabbs mill-Major League Soccer Amerikana qed isegwu sew il-profil tiegħu f’dawn l-aħħar jiem.
Sadanittant, Napoli diġa’ ħasbu għall-pjan B hekk kif jixtiequ jiksbu s-servizzi ta’ Johan Bakayoko li bħalissa qed jilgħab ma’ PSV Eindhoven.