L-attakkant internazzjonali Messikan Hirving Lozano u Napoli se jkunu qed jisseparaw. Dan tal-aħħar irrifjuta li jġedded il-kuntratt tiegħu u d-diriġenti Partenopei xejn m’huma kuntenti b’din is-sitwazzjoni tant li tawh parir imur band’oħra.
Lozano xtaq li jkollu żieda fis-salarju, xi ħaġa li ma ġietx reċiprokata sabiex issa se jmur jilgħab x’imkien ieħor, probabbilment fl-Arabja Sawdija.
B’hekk f’din l-aħħar ġimgħa tas-suq tat-trasferimenti, Napoli se jagħmlu minn kollox biex iġibu lil Johan Bakayoko mingħand Ajax minfloku.