Thursday, October 10, 2024

HiTT Academy WH Middle East jibdew b’rebħa kbira

Aqra wkoll

Iċ-champions tat-table tennis lokali HiTT Academy WH Middle East bdew l-impenji tagħhom fil-kampjonat b’rebħa kbira ta’ 6-0 kontra Mosta Gunners.

Kif jindika l-iskor, l-akkademja tal-HiTT iddominat din il-logħba u ma kienx hemm dubju fejn se jmorru l-punti massimi.

Kien hemm rebħiet simili ta’ 6-0 minn HiTT Academy Midea Air Conditioning u Alpha Alberta Gropu Top Spin li għelbu lil MITTC Dignics u Top Spin TTA Roxon.

Mill-banda l-oħra, MITTC Butterfly għelbu l-isfida li offrewlhom Top Spin TTA Andro 4-2 filwaqt li Alpha Gewo kisbu rebħa ta’ 5-1 kontra HiTT Academy Liebherr.

Sadanittant Alpha Calleja Ltd ma kinux fl-azzjoni matul din il-ġimgħa minħabba li kienu bye.

Ingħata bidu wkoll għall-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fejn kellna dawn ir-riżultati:

Valletta HiTT Academy – TopSpin TTA “Supercores” 6-0

PBC Table Tennis Bluegrip – HiTT Academy Tibhar 2-4

Alpha Coogis – PBC Table Tennis Bluefire 4-2

HiTT Academy Mosta Dome B&B – MITTC Butterfly SUPERCHAK 4-2

HiTT Academy Home Trends – HiTT Academy Legends 5-1

TopSpin TTA “Fraser” – TopSpin TTA “Hexer” 4-2

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport