Friday, February 21, 2025

HiTT Academy WH Middle East jibqgħu konsistenti

Aqra wkoll

HiTT Academy WH Middle East baqgħu konsistenti fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-table tennis meta rebħu l-11-il logħba tagħhom ta’ dan l-istaġun. Huma għelbu lil MITTC Dignics 6-0 f’logħba li huma ddominaw. Għalkemm huma għandhom l-istess numru ta’ punti daqs Alpha Gewo u MITTC Butterfly, id-differenza ta’ games mirbuħa hi waħda sostanzjali.

Alpha Gewo u MITTC Butterfly rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom sabiex baqgħu wara l-avversarji tagħhom.

HITT Academy WH Middle East għelbu lil MITTC Dignics 6-0 filwaqt li Alpha Gewo u MITTC Butterfly kellhom rebħiet identiċi ta’ 4-2 kontra HITT Academy Midea Air Conditioning u Top Spin TTA Andro rispettivament.

Fir-Relegation Pool, Mosta Gunners għelbu lil Alpha Alberta Group 4-3 filwaqt li HITT Academy Liebherr kisbu rebħa dominanti ta’ 6-0 kontra Alpha Calleja Ltd.

KLASSIFIKA – L-EWWEL DIVIŻJONI

Championship Pool

HiTT Academy WH Middle East, Alpha Gewo, MITTC Butterfly 34, HITT Academy Midea Air Conditioning, Top Spin TTA Andro, MITTC Dignics 24.

Relegation Pool

HiTT Academy Liebherr 24, Alpha Alberta Group 18, Mosta Gunners 17, Alpha Calleja Ltd 14, Top Spin TTA Roxon 13.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport