Wednesday, October 9, 2024

HITT Academy WH Middle East jirbħu konfront dirett u jżommu l-konsistenza

Aqra wkoll

HITT Academy WH Middle East rebħu l-konfront dirett tan-naħa ta’ fuq tal-klassifika meta għelbu lil HITT Academy Mosta Dome B & B 5-1.

Kien dwell bejn żewġ timijiet mill-istess akkademja b’HITT Academy WH Middle East li baqgħu konsistenti sa mill-bidu tal-istaġun hekk kif kisbu tmien rebħiet minn daqstant logħbiet.

Top Spin TT Academy Pay Andro telgħu fit-tieni post tal-klassifika wara li għelbu lil HITT Academy Tibhar 4-3. Anke MITTC Butterfly Dignics kisbu l-istess skor kontra Mosta Gunners filwaqt li Alpha Calleja Ltd u MITTC Butterfly irreġistraw skors simili ta’ 4-2 kontra Alpha Gewo u Top Spin TT Academy Valletta Pay Roxon rispettivament.

Fit-tieni diviżjoni, il-leaders PBC Table Tennis Blue Grip xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil Top Spin TT Academy Valletta Pay Fraser 4-3 filwaqt li Alpha Alberta Group, Top Spin TT Academy Valletta Pay Hexer u Top Spin Academy Valletta Pay Fraser jinsabu t-tlieta li huma fit-tieni post, tliet punti taħt il-leaders.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati l-oħra mit-tieni, it-tielet u r-raba’ diviżjoni.

It-Tieni Diviżjoni

PBC Table Tennis Bluefire – Topspin TT Academy Valletta Pay Hexer 1-5

PBC Table Tennis Bluegrip- Topspin TT Academy Valletta Pay Fraser 4-3

HiTT Academy Legends – Alpha Flexxon 5-1

HiTT Academy Evolution – Topspin TT Academy Valletta Pay Supercores 2-4

HiTT Academy ITX – Topspin TT Academy Valletta Pay Novacell 5-1

Sport