Tuesday, February 11, 2025

“Ħlist mill-mostru… iżda tlift l-użu ta’ sieqi”

– Ingrid ta’ HazZzard

Aqra wkoll

“Ħlist mill-mostru… iżda tlift l-użu ta’ sieqi”, hekk stqarret Ingrid ta’ HazZzard ftit tal-ħin ilu permezz ta’ messaġġ twil li kitbet fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook. Kitbet li kellha aħbar x’taqsam mal-ħbieb tagħha hekk kif il-professuri qalulha li l-operazzjoni marret kif ippjanata u anke neħħew il-kanċer li kellha.

Qalet li l-Professuri kkonfermawlha li kellha ċans tajjeb ħafna li issa tibqa’ tgħix. Iżda, hemm ukoll “aħbar diffiċli”.

Tgħid li matul l-operazzjonim in-nerv fejn kien qiegħed il-kanċer kellu jinqata’, u “magħha kellha tinqata parti minn sieqi.”

Minkejja dan Ingrid xorta waħda qiegħda taħres lejn il-ħajja b’mod pożittiv minkejja d-diffikultajiet li se tkun qiegħda tiltaqa’ magħhom fil-ġimgħat u x-xhur li ġejin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport