Floriana Young Stars kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra White Hart fiċ-Challenge Cup organizzata mill-Hockey Association of Malta.
L-ewwel quarter spiċċa fi draw ta’ 0-0 sabiex eżatt kif skorjaw gowl fit-tieni quarter, it-tielet u r-raba’ wieħed kien ta’ kontroll assolut tal-Greens.
Luke Borg Costanzi, Mark Camilleri u Noah Ciavola skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Deemer Rapinett żied ieħor għat-tim tiegħu.
Umpires kienu Alessandro Amore u David Agius.

