Floriana Young Stars komplew bil-mument pożittiv fil-Euro Hockey Challenge 2 li qed isir fil-Litwanja meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra HC Luxembourg.
Kienet logħba ferm tattika biż-żewġ difiżi rispettivi li spikkaw ferm fl-ewwel minuti tal-logħba. Kien it-tim mil-Lussemburgu li mar minn fuq iżda l-Greens mal-ewwel kellhom reazzjoni hekk kif ġabu l-iskor indaqs.
Jonathan Werner poġġa lil HC Luxembourg minn fuq sabiex Karl Chircop ġab l-iskor indaqs għal Floriana.
HC Luxembourg:
Guillaume Mackel, Federico Tanuscio, Arnaud Debeaumont, Vicente Aguirrezabala, François Lanotte, Milan Dans, Luciano Ferrario, Jonathan Werner, Daniel Bernal, Pierre Schmit (C).
Floriana Young Stars HC:
Marvin Grixti, Leon Gatt, Mark Camilleri, Alexander Kirton, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Anton Saliba, Marvin Vella, Ali Rizwan, Clive Williams, Luke Borg Costanzi, Karl Chircop (C), Thimo van ‘t Hooft, Paul Verburg, Bas van der Horst, Nanko Cornelissen.
Fil-Euro Hockey Challenge 3, Qormi Daikin sfaw megħluba minn Vilnius Zuvedra tal-Litwanja 5-1.
It-tim mill-belt kapitali Litwana kienu superjuri b’Qormi li minkejja li ppruvaw sabuha diffiċli jrażżnu l-qawwa tal-avversarji.
Il-captain ta’ Vilnius Zuvedra Tomas Lakstaustas u Edvin Stankevic skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Emilis Svolko għaqqad l-iskor għat-tim tiegħu.
Qormi skorjaw l-uniku gowl permezz ta’ Juan Sarcia.
Vilnius Žuvedra HC:
Nedas Razma, Andžej Burkot, Povilas Lakštauskas, Robert Milevič, Arnas Česnulis, Tomas Lakštauskas (C), Danielius Petkevič, Algirdas Jackevičius, Ernestas Ustinovičius, Arsenij Jefimavičius, Andžej Milevič, Eldaras Apletinas, Edvin Stankevic, Artiom Jefimavičius, Palgun Madankumar, Andrii Yermolenko, Emilis Švolko, Rafal Stankevič.
Qormi Daikin HC:
Shamison Mifsud, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Zachary De Giovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti (C), Keith Bajada, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Keith Calleja, Xandru Mifsud, Giorgio Muscat, Neil Spiteri, Luca Fsadni.
L-impenji tat-timijiet Maltin ikomplu llum hekk kif Floriana jaffaċċjaw lil Furuset tan-Norveġja fl-10.15am filwaqt li Qormi se jkunu qed jilagħbu fil-logħob ta’ klassifikazzjoni għada.