Floriana Young Stars ħasdu liċ-champions Qormi Daikin u rebħulhom 2-0 f’logħba ferm interessanti miċ-Challenge Cup tal-Hockey.
Il-Greens ħadu vantaġġ mill-okkażjonijiet li ġewhom sabiex ikkonvertewhom f’gowls.
Mark Camilleri u Leon Gatt skorjaw il-gowls tant prezzjużi għal Floriana.
Umpires kienu Silvio Peralda u Alessandro Amore.
Fil-Hockey 7s, kif mistenni GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil White Hart 13-2.
Jayden Cutajar skorja erba’ gowls filwaqt li Gary Bonnici u Stefano Schembri kienu awturi ta’ tripletta kull wieħed għal Żurrieq. David Vella Dingli, Carmine Francese u Daniel Ellul żiedu aktar gowls għall-Hotsticks.
David Agius u Deon Van Der Merwe naqqsu l-iskor għal White Hart.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.
F’logħba oħra mill-istess kompetizzjoni li rriżultat f’waħda ferm movimentata, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 5-4.
John Williams, Axel Cauchi, Julian Zahra, Nicole Zammit u Wyatt Magri skorjaw il-gowls ta’ Qormi. Alessandro Piscopo kompla bil-forma pożittiva tiegħu meta skorja doppjetta b’Angel Lupu u Kane Zammit li skorjaw il-gowls l-oħrajn għal Marsaskala.
Umpires kienu Alessandro Amore u Oscar Toledano.
F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 10-2.
Nathan Lauri Rodo, Xylon Cassar, Alessandro Piscopo u Kyron Carabott skorjaw żewġ gowls kull wieħed filwaqt li Jerome Carabott u Kane Zammit komplew iżidu l-iskor għall-Iskalin.
Iż-Żrieraq naqqsu l-iskor minn doppjetta ta’ Jayden Cutajar.
Umpires kienu Keith Calleja u Oscar Toledano.
Fil-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi u Floriana temmew il-logħba ta’ bejniethom fi draw ta’ 1-1.
Zachary Farrugia skorja għal Qormi filwaqt li Dean Spiteri rrisponda għal Floriana.
Umpires kienu Silvio Peralda u Jerome Carabott.

