Wednesday, December 10, 2025

Hockey: Floriana Young Stars jiksbu rebħa importanti

Aqra wkoll

Floriana Young Stars kisbu rebħa importanti fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey wara li għelbu lil White Hart 3-0.

Il-Greens ma sabuhiex daqshekk faċli biex jinfdu lid-difiża ferm organizzata ta’ White Hart u kien biss fit-tielet u r-raba’ quarter li aċċertaw ruħhom mir-rebħa finali.

Clive Williams, Joe Ellul Turner u Anton Saliba skorjaw il-gowls deċiżivi għat-tim tagħhom.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.

Fil-kampjoant tal-Hockey 7s, Qormi Daikin għelbu lil Rabat 3-0.

Qormi skorjaw il-gowls tagħhom fit-tielet u r-raba’ quarters permezz ta’ John Williams, Wyatt Magri u Ayrton Falzon.

Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.

Mill-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Floriana Young Stars 2-0. Il-gowls ġew skorjati fit-tielet quarter permezz ta’ Kayden Cassar u Jamie Gambin.

Umpires kienu Oscar Toledano u Silvio Peralta.

F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Qormi Daikin rebħu lil Floriana Young Stars 8-1.

Zain Lee Carabott skorja l-ewwel erba’ gowls għall-Qriema filwaqt li Eyen Toledano u Sam Cassar żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.

Floriana skorjaw l-uniku gowl tal-logħba permezz ta’ Anson Farrugia.

Umpires kienu Alessandro Amore u Kyran Carabott.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport