Saturday, October 12, 2024

Hockey: GREE Sliema Hotsticks champions

Aqra wkoll

GREE Sliema Hotsticks huma ċ-champions l-ġodda tal-Hockey Malti wara li kisbu r-rebħa li kellhom bżonn sabiex jaċċertaw ruħhom mill-ħames titlu fl-istorja. Huma kienu ilhom ma jieħdu l-kampjonat ħames snin. Fil-partita li ntlagħbet fil-kumpless tal-Hockey f’Kordin, huma rebħu lil Trust Payments Floriana Young Stars 3-1.

Is-Slimiżi kienu motivati li jagħlqu għalkollox il-kapitlu tar-rebħ tal-kampjonat u stabilixxew vantaġġ tajjeb bi Floriana li minkejja r-reazzjoni ma rnexxielhomx jiksbu xi ħaġa minn din il-partita.

Christ Agius kien l-eroj għal Blues meta skorja doppjetta filwaqt li Silas Plaehn żied ieħor għat-tim tiegħu. Karl Chircop naqqas il-marġni tal-iskor għall-Furjaniżi.

Trust Payments Floriana Young Stars: Waylin Abdilla, Marvin Grixti, Mark Camilleri, Chris Bonello, Jimena Otero, Clive Williams, Karl Chircop, Andrea Curmi, Justin Farrugia, Luke Borg Costanzi, Kyle Micallef, Julian Farrugia, Deemer Rapinett, Nathan Zammit, Verner Cachia, Anton Saliba, Leon Gatt.

GREE Sliema Hotsticks: Nathan Julian Cardona, Ryan Dalli, Alex Bolton, Shaun Grima, Ryan George, Gary Bonnici, Silas Plaehn, Luke Brincat, Christian Sammut, Julian Zahra, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Christ Agius, Charlo Sammut, Emile Borg, Lukas Plaehn.

Umpires: Glen Bonello, Keith Calleja

Qormi Daikin ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Qormi Daikin 8-0. Kif mistenni, il-Qriema ħarġu mal-ewwel fuq l-attakk u ħabbtu mhux ftit lid-difiża tal-White Hart li ftit setgħet tagħmel sabiex trażżan lill-attakkanti avversarji.

Daniel Ellul kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Juan Sarcia u Matthijs Bartelts skorjaw doppjetta kull wieħed. Steve Tanti żied ieħor għall-Qriema.

Qormi Daikin: Aaron Spiteri, Shamison Mifsud, Axel Cauchi, Joseph Cuschieri, Juan Sarcia, Neil Genovese, Keith Calleja, Daniel Ellul, John Williams, Duncan Edwards, Matthijs Bartelts, Zak Degiovanni, Clayton Gatt, Glendon Gatt, Jake Spiteri, Ayrton Falzon, Nathan Pace Gasan, Steve Tanti.

White Hart: Thomas Attard, David Agius, Oscar Toledano, Kevin Micallef, Matthew Buhagiar, Stephen Micallef, Glen Bonello, Paola Calleja, Keith Scicluna, Tristan Grixti, Peter Medawar, Shawn Falzon.

Umpires: Nathan Galea, Edward Hughes

KLASSIFIKA – KAMPJONAT NAZZJONALI TAL-HOCKEY

GREE Sliema Hotsticks 14, Qormi Daikin 11, Trust Payments Floriana Young Stars 7, White Hart 0

Sadanittant mill-kampjonat ta’ taħt id-19-il sena Trust Payments Floriana Young Stars għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 6-0 filwaqt li Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 7-1.

Fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena Qormi Daikin ixxalaw u għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 14-0.

Sport