Thursday, September 19, 2024

Hockey: GREE Sliema Hotsticks itemmu t-tieni rawnd bil-kbir

Aqra wkoll

GREE Sliema Hotsticks temmew l-ewwel rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-Hockey fl-ewwel post tal-klassifika meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil White Hart 6-1.

Is-Slimiżi ddominaw din il-partita mill-bidu sal-aħħar u ftit taw ċans lill-avversarji tagħhom jesprimu l-logħob tipiku tagħhom.

Julian Zahra kien il-protagonista prinċipali ta’ din il-partita hekk kif skorja ħames gowls bi Christ Agius iżid ieħor għat-tim tiegħu. White Hart naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Kevin Micallef.

White Hart: Karl Borg, Stephen Micallef, Paola Calleja, David Agius, Thomas Attard, Luke Dimech, Carl Tua, Kevin Micallef, Oliver Millard, Peter Medawar, Tristan Grixti, Glen Bonello, Oscar Toledano, Matthew Buhagiar, Keith Scicluna.

GREE Sliema Hotsticks: Nathan Cardona, Ryan Dalli, Luke Brincat, Luca Runza, Shaun Grima, Ryan George, Gary Bonnici, Silas Plaehn, Christian Sammut, Julian Zahra, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Christ Agius, Charlo Sammut, Emile Borg, Lucas Plaehn, Alex Bolton.

Umpires: Karl Chircop, Edward Hughes.

Klassifika – GREE Sliema Hotsticks 10, Qormi Daikin 9, Trust Payments Floriana Young Stars 5, White Hart 0

Sadanittant mill-kampjonat tal-Hockey 9s, Qormi Daikin kisbu rebħa minima iżda prezzjuża ta’ 1-0 kontra Rabat Depiro sabiex baqgħu għaddejjin bil-mument pożittiv tagħhom. Il-gowl uniku ġie skorjat minn Shawn Dimech.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Clayton Gatt, Ayrton Falzon, Luca Fsadni, Bernice Calleja, Aaron Spiteri, Axel Cauchi, Luca Callus, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Glendon Gatt, Jamie Arpa, Wyatt Magri.

Rabat Depiro: Shawn Falzon, Kevin Micallef, Matthew Buhagiar, Elton Lee Farrugia, Stephen Micallef, Rick Micallef, James Azzopardi, Jason Vella, Justine Pace Gasan, Karl Brincau, Jeremy Farrugia, Kenneth Debattista, Karl Borg.

Umpires: Alessandro Amore, Paul Brincat.

Sport