Wednesday, December 25, 2024

Hockey: GREE Sliema Hotsticks jagħtu l-ewwel telfa liċ-champions

Aqra wkoll

Qormi Daikin…….2

GREE Sliema H….3

GREE Sliema Hotsticks taw l-ewwel telfa staġjonali liċ-champions Qormi Daikin hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. Kienet wirja kbira tas-Slimiżi partikolarment fit-tieni quarter li xprunathom sabiex kisbu rebħa prezzjuża.

Min-naħa l-oħra, il-Qriema ppruvaw iwettqu reazzjoni lejn l-aħħar iżda d-difiża avversarja kienet kumpatta sabiex telqu mill-kumpless tal-Hockey f’Kordin bil-punti ferm importanti.

Wara skor ta’ 0-0 fl-ewwel quarter, Sliema rebħu 2-0 it-tieni quarter b’Qormi li ħadu t-tielet quarter hekk kif rebħu 2-1. Fil-quarter deċiżiv, l-ebda tim ma sab ix-xibka sabiex Sliema rebħu bi skor kumplessiv ta’ 3-2.

Alex Bolton, Shawn Grima u Silas Plaehn kienu l-iskorers għal GREE Sliema Hotsticks filwaqt li Ayrton Falzon u Steve Tanti irrispondew għal Qormi.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Matthijs Bartelts, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Duncan Edwards, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Kurt Grixti, Nathan Pace Gasan, Glendon Gatt.

GREE Sliema Hotsticks: Nathan Cardona, Ryan Dalli, Luke Brincat, Luca Runza, Shaun Grima, Ryan George, Gary Bonnici, Silas Plaehn, Christian Sammut, Julian Zahra, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Chris Agius, Sean De Marco, Emile Borg, Lukas Plaehn, Alex Bolton.

White Hart…………………………..0

Trust Payments Floriana YS…..6

Trust Payments Floriana Young Stars approfittaw miż-żelqa ta’ Qormi hekk kif għelbu lil White Hart 6-0.

L-ewwel żewġ quarters ma pproduċew l-ebda gowl sabiex kien biss fit-tielet u r-raba’ parti tal-logba li l-Furjaniżi rreġistraw skor identiku ta’ 3-0 għal skor kumplessiv ta’ 6-0.

Mark Camilleri u Chris Bonello skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Clive Williams u Anton Saliba żiedu aktar gowls għall-Greens.

White Hart: Thomas Attard, Aaron Agius, Liam Agius, Luke Dimech, Oscar Toledano. David Agius, Dieter Grunewald, Carl Tua, Glen Bonello, Claire Trusler, Steve Lamb, Adrian Pedreiro.

Trust Payments Floriana Young Stars: Waylin Abdilla, Marvin Grixti, Mark Camilleri, Leon Gatt, Jimena Otero, Clive Williams, Karl Chircop, Luke Borg Costanzi, Chris Bonello, Anton Saliba, Andrea Curmi, Julian Farrugia, Justin Farrugia, Deemer Rapinett, Nathan Zammit, Andrew Camilleri, Verner Cachia, Joseph Dalli.

KLASSIFIKA: GREE Sliema Hotsticks 6, Qormi Daikin 5, Trust Payments Floriana Young Stars 5 White Hart 0

Sadanittant saret partita ta’ ħbiberija bejn Hockey Team Futura Heidelberg u Malta Hockey Masters b’tal-ewwel jirbħu bl-iskor ta’ 4-3.

Mill-kampjonat ta’ taħt is-17-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil White Hart 5-0.

Ekonomija

Sport