GREE Sliema Hotsticks kisbu rebħa importanti fil-konfront dirett kontra r-rivali Qormi Daikin hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1.
Kienet logħba ferm bilanċjata kif dejjem tkun bejn dawn iż-żewġ timijiet. Is-Slimiżi għarfu jdawru l-logħba favurihom wara li kienu minn taħt u saħansitra rnexxielhom idawwru l-iskor għar-rebħa finali.
Wara li fl-ewwel quarter ma ġie skorjat l-ebda gowl, fit-tieni quarter Qormi marru minn fuq permezz tal-eks Julian Zahra li għeleb lil Emile Borg bejn il-lasti Slimiżi.
Fl-aħħar żewġ quarters, is-Slimiżi żiedu aktar l-aggressivita’ tagħhom u rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs minn Benedikt Shrenk bl-istess plejer Ġermaniż jikkonverti penalty stroke sabiex ta l-punti massimi lill-Blues.
Umpires kienu James Mizzi u Glenn Bonello.
Mill-Hockey 9s, Rabat għelbu lil Marsaskala Summer Nights 4-2 f’logħba ferm interessanti.
Il-plejer veteran David Agius kien awtur ta’ doppjetta bi Chris Bugeja u Karl Brincau li żiedu aktar gowls għar-Rabtin.
Keith Scicluna u Peter Flynn naqqsu l-marġni tal-iskor għall-Iskalin.
Umpire: Karl Chircop.
Mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 5-2.
Jake Spiteri Montebello, Wyatt Magri, Giorgio Muscat, Liam Carabott u Neil Spiteri Montebello kienu l-awturi tal-gowls għall-Qriema bl-Iskalin li sabu x-xibka minn Xylon Cassar u Alessandro Piscopo.
Umpires kienu Emile Borg u Edward Hughes.
Mill-banda l-oħra, GREE Sliema Hotsticks għelbu lil Qormi Ladies 6-3.
Jayden Cutajar skorja hat-trick filwaqt li Gary Bonnici kien awtur ta’ doppjetta b’Keith Azzopardi jżid ieħor għal Sliema.
Qormi Ladies skorjaw il-gowls tagħhom permezz ta’ Camilla Nasca, Joy Gibson u Eli Settembri.
Umpires kienu Glenn Bonello u Karl Chircop.