GREE Sliema Hotsticks u Floriana Young Stars temmew il-konfront ta’ bejniethom fi dro spettakolari ta’ 2-2 fl-unika logħba li kien hemm mill-kampjonat nazzjonali tal-Hockey.
Kienet logħba li laħqet il-qofol tagħha fit-tielet quarter hekk kif iż-żewġ naħat ħarġu fuq l-attakk fit-tentattiv li jiftħu l-iskor.
Kien Charlo Sammut li poġġa lil Sliema fil-vantaġġ għalkemm fl-aħħar quarter Floriana ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Jean Paul Sapiano.
Keith Scicluna reġa’ skorja għal Sliema b’Anton Saliba jissiġġilla l-iskor finali ta’ 2-2.
GREE Sliema Hotsticks: Emile Borg, Luke Brincat, Ryan Dalli, Shaun Grima, Benjamin Johnston, Keith Scicluna, Gary Bonnici, Christian Sammut, Daniel Agius, David Vella Dingli, Karl Borg, Alessandro Amore, Charlo Sammut, Ludwig Cole, Lukas Plaehn, Kurt Bonnici.
Floriana Young Stars: Marvin Grixti, Clive Williams, Luke Borg Costanzi, Leon Gatt, Julian Farrugia, Nathan Zammit, Verner Cachia, Andrew Camilleri, Joy Gibson, Karl Chircop, Justin Farrugia, Andrea Curmi, Anton Saliba, Deemer Rapinett, Nikolai Sapiano, Jean Paul Sapiano.
Umpires: Luke Busuttil Leaver, Glenn Bonello.
F’aktar logħbiet li saru fi tmiem din il-ġimgħa, fil-hockey 9s GREE Sliema Hotsticks u Rabat Depiro spiċċaw fi dro ta’ 3-3 filwaqt li mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Summer Nights 4-1.
Finalment fl-ewwel rawnd tal-kampjonat ta’ taħt is-16-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Summer Nights 6-1.