Tuesday, February 17, 2026

Hockey: GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jibqgħu fit-taqtiegħa wara rebħa kbira

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil White Hart 10-0 f’logħba mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey.

Iż-Żrieraq kienu diġa’ fetħu vantaġġ ta’ 4-0 sa tmiem it-tieni quarter u baqgħu jamministraw il-logħba filwaqt li skorjaw sitta oħra.

Christ Agius kien il-protagonist meta skorja ħames gowls għal Żurrieq filwaqt li Alessandro Amore kien awtur ta’ tripletta. Xylon Cassar u Stefano Schembri għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Umpires kienu Karl Chircop u John Williams.

Marsaskala Heat rebħu l-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena wara li għelbu lil Qormi Daikin 2-1.

Xylon Cassar u Kyron Carabott skorjaw il-gowls għall-Iskalin filwaqt li Giorgio Muscat kien l-awtur tal-uniku gowl ta’ Qormi.

Umpires kienu James Mizzi u Karl Chircop.

Tmiem il-ġimgħa ta’ Marsaskala Heat kien wieħed eċċellenti anke fuq livell ta’ taħt it-12-il sena hekk kif għelbu lil Floriana Young Stars 2-0.

Danzel Gerada u Jan Agius skorjaw il-gowls ta’ Marsaskala.

Umpires kienu Oscar Toledano u Shane Lovett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport