Tuesday, October 21, 2025

Hockey: GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jiksbu l-ewwel rebħa staġjonali

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu rebħa importanti fil-ftuħ taċ-Challenge Cup tal-Hockey meta għelbu lil Floriana Young Stars 3-2.

Bħas-soltu meta jilagħbu dawn iż-żewġ timijiet, il-konfront dejjem ikun bilanċjat u din id-darba ma kienx b’inqas minħabba li r-riżultat kien inċert sal-aħħar.

Floriana m’għarfux iżommu l-vantaġġ inizjali biex Żurrieq approfittaw u skorjaw tliet gowls sabiex qalbu l-iskor favurihom. Lejn l-aħħar il-Greens naqqsu l-marġni tal-iskor iżda kien tard wisq biex isalvaw xi punt.

Alessandro Amore skorja doppjetta għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks biż-żagħżugħ Gary Bonnici li żied ieħor.

Karl Chircop skorja doppjetta għal Floriana.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport