Saturday, September 14, 2024

Hockey: Iċ-champions Qormi Daikin miżmuma

Aqra wkoll

Trust Payments Floriana Young Stars żammew liċ-champions Qormi Daikin fi draw ta’ 3-3. Kienet logħba ferm kumbattuta bil-Greens li ma qatgħux qalbhom minkejja li kienu qed jilagħbu kontra tim ferm aktar ikkwotat minnhom.

Il-Furjaniżi marru minn fuq permezz ta’ Mark Camilleri sabiex l-ewwel quarter għalaq 1-0 favurihom.

Il-Qriema wettqu reazzjoni u wara li Juan Sarcia ġab l-iskor indaqs, Steve Tanti żied ieħor sabiex it-tieni quarter rahom jieħdu vantaġġ ta’ 2-1.

It-tielet quarter kien aktar bilanċjat b’Mark Camilleri jiskorja sabiex jgħaqqad doppjetta personali għal Floriana filwaqt li Matthijs Bartelts skorja t-tielet gowl għal Qormi Daikin.

Fir-raba’ quarter, Trust Payments Floriana Young Stars ħarġu ferm determinati li jieħdu xi ħaġa minn din il-partita u rnexxielhom jagħmlu dan lejn l-aħħar permezz ta’ Karl Chircop li skorja minn penalty stroke.

Trust Payments Floriana Young Stars: Waylin Abdilla, Mark Camilleri, Leon Gatt, Clive Williams, Andrea Curmi, Karl Chircop, Luke Borg Costanzi, Christian Bonello, Anton Saliba, Julian Farrugia, Kyle Micallef, Deemer Rapinett, Justin Farrugia, Nathan Zammit, Joseph Dalli, Verner Cachia, Andrew Camilleri, Marvin Grixti.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Joseph Cuschieri, Clayton Gatt, Matthijs Bartelts, Zachary Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Duncan Edwards, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Neil Genovese, Nathan Pace Gasan, Glendon Gatt

Umpires: Luke Busuttil Leaver, Glen Bonello.

F’riżultati oħra li kellna, mill-kampjonat ta’ taħt id-19-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Qormi Daikin Ladies 8-2 filwaqt li GREE Sliema Hotsticks rebħu 3-1 kontra Marsaskala Heat

Mill-kampjonat ta’ taħt il-15-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Trust Payments Floriana Young Stars 18-0 filwaqt li Marsaskala Heat iddominaw il-konfront kontra GREE Sliema Hotsticks tant li rebħu 8-1.

Ekonomija

Sport