Matul din il-ġimgħa, timijiet Maltin tal-hockey lagħbu xi partiti internazzjonali ta’ ħbiberija kontra University College of London fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin. Dawn tal-aħħar ġew b’kontinġent kbir ta’ 70 plejer li kien jinkludi timijiet tal-irġiel u tan-nisa u kellhom iċ-ċans iwettqu kamp ta’ taħriġ f’pajjiżna.
Fl-ewwel partita, Trust Payments Floriana Young Stars ġew dro ta’ 1-1 kontra t-tim Ingliż tal-irġiel filwaqt li fit-tieni konfront, Qormi Daikin iddominaw u rebħu lit-tim minn Londra 11-0.
Sadanittant f’logħba oħra ferm interessanti t-tim nazzjonali tan-nisa ġie dro ta’ 2-2 kontra University College of London girls.
Fi tmiem din il-ġimgħa se jaslu f’Malta wkoll it-tim tal-veterani tal-Italja li se jagħmel kamp ta’ taħriġ ieħor qabel ma jipparteċipa fil-Masters World Cup.
Wara li llejla jilgħab kontra s-selezzjoni Maltija, għada filgħodu jaffronta lit-tim nazzjonali tal-Masters ta’ Malta