Marsaskala Heat rebħu l-kampjonat ta’ taħt il-15-il sena tal-hockey meta fil-logħba deċiżiva għelbu lil Qormi Daikin 4-3. L-Iskalin kellhom staġun ferm konsistenti fejn urew l-aħjar logħob u ħarġu rebbieħa b’mod meritat.
F’logħba oħra li kellna minn din l-istess kategorija, GREE Sliema Hotsticks għelbu lil Trust Payment Floriana Young Stars 4-0.
Sadanittant, GREE Sliema Hotsticks laħqu lil Qormi Daikin fl-ewwel post tal-klassifika tal-Hockey 9s meta ddominaw u għelbuhom bl-iskor ta’ 5-1 fl-aħħar partita għal dan l-istaġun f’din il-kompetizzjoni.
Il-qofol tal-logħba ntlaħaq bejn it-tieni u t-tielet quarter meta l-Blues skorjaw il-gowls li kellhom bżonn sabiex jilħqu lir-rivali tagħhom fil-klassifika.
Chris Agius, Emile Borg, Julian Zahra, Alessandro Amore u Luca Runza skorjaw għas-Slimiżi b’Shawn Dimech li sab ix-xibka għal Qormi.
Qormi Daikin: Aaron Spiteri, Jamie Arpa, Clayton Gatt, Glendon Gatt, Axel Cauchi, Shawn Dimech, Luca Fsadni, Shamison Mifsud, Neil Genovese, Daniel Ellul, Nathan Pace Gasan, Ayrton Falzon, Wyatt Magri, Neil Spiteri, Luke Bajada.
GREE Sliema Hotsticks: Nathan Julian Cardona, Alex Bolton, Emile Borg, Luca Runza, Shaun Grima, Ryan George, Sean De Marco, Christ Agius, David Vella Dingli, Julian Zahra, Alessandro Amore, Karl Borg, Keith Scicluna.
Umpires: Shawn Mifsud, Edward Hughes.