Tuesday, February 10, 2026

Hockey: Qormi Daikin dominanti fuq White Hart

Aqra wkoll


Qormi Daikin komplew bil-konsistenza tagħhom fil-kampjonat nazzjonali tal-Hockey hekk kif għelbu lil White Hart 13-0.
Kif mistenni l-Qriema ħarġu fuq l-attakk fit-tentattiv li jiskorjaw kmieni u rnexxielhom jagħmlu dan hekk kif sal-ewwel quarter kienu diġa’ 5-0 minn fuq. Huma komplew jiskorjaw b’mod regolari sabiex waslu punti massimi minn dan il-konfront.
Steve Tanti u Julian Zahra skorja tripletta kull wieħed filwaqt li doppjetti ta’ Kyle Micallef, Juan Sarcia u Luke Bajada komplew żiedu l-iskor għall-Qriema b’Ayrton Falzon li wkoll sab ix-xibka.
Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.
Fil-Hockey 7s, Floriana Young Stars xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Rabat 4-3 Ir-Rabtin kienu minn fuq għal darba darbtejn iżda sforz kollettiv min-naħa tal-Greens tahom ir-rebħa finali.
Faisan Durrani kien l-eroj ta’ Floriana hekk kif skorja erba’ gowls.
Matthew Buhagiar, Shaun Falzon u Kevin Micallef sabu x-xibka għar-Rabtin.
Umpires kienu Alessandro Amore u Shane Lovett.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport