Sunday, December 22, 2024

Hockey: Qormi Daikin fil-finali tan-Knock-Out wara rebħa faċli

Aqra wkoll

Qormi Daikin għaddew għall-finali tan-Knock-Out meta fit-tieni semifinali li ntlagħbet iddominaw il-konfront kontra White Hart tant li rebħu bl-iskor kbir ta’ 9-0.

Ir-rebħa tal-Qriema, li għadhom kemm rebħu l-kampjonat, qatt ma kienet fid-dubju, hekk kif huma ddominaw il-pussess b’White Hart li ppruvaw jiddefendu kif setgħu.

Kyle Micallef spikka għal Qormi Daikin hekk kif skorja hat-trick filwaqt li Zack Degiovanni, Steve Tanti, Daniel Ellul, Juan Sarcia, Ayrton Falzon u Luke Bajada għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

B’hekk issa l-Qriema se jilagħbu kontra Floriana Young Stars li ġimgħa ilu għelbu lil GREE Sliema Hotsticks bil-penalty shoot-out.

Il-finali bejn  Qormi Daikin u Floriana Young Stars se ssir nhar il-Ħadd li ġej fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin u tibda fid-9.00am.

White Hart: Alvin Galea, Stephen Micallef, Paola Calleja, David Agius, Elton Lee Farrugia, Keith Azzopardi, Rick Micallef, Kevin Micallef, Ali Shah, Shawn Falzon, Peter Medawar, Karl Brincau, Oscar Toledano, Matthew Buhagiar , Avilash Varghese.

Qormi Daikin: Shamison Mifsud, Shawn Dimech, Nathan Pace Gasan, Clayton Gatt, Luke Bajada, Zack Degiovanni, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Daniel Ellul, John Williams, Keith Calleja, Axel Cauchi, Kyle Micallef, Kurt Grixti, Luca Fsadni.

Umpires: Edward Hughes, Karl Chircop.

Ekonomija

Sport