Iċ-champions tal-hockey lokali Qormi Daikin komplew bil-forma kbira tagħhom hekk kif għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 6-3.
Kienet logħa inkredibbli bil-Qriema li bnew vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel żewġ quarters għalkemm fit-tielet quarter, iż-Żrieraq irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs.
L-aħħar quarter kien ta’ Qormi Daikin li rranġaw l-iżbalji li wettqu u skorja l-gowls li bihom ħadu ż-żewġ punti finali.
Luke Bajada skorja doppjetta filwaqt li Steve Tanti, John Williams, Neil Spiteri Montebello u Shawn Dimech ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers għal Qormi.
Żurrieq baqgħu fil-logħba wara tripletta ta’ Christ Agius.
Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.
F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Floriana Young Stars B 4-0.
Julienne Carabott, Sloan Foster, Braydon Gatt Gellel u Leah Marie Calleja Fenech sabu x-xibka għall-Iskalin.
Umpires kienu Oscar Toledano u Silvio Peralta.
Mill-istess kompetizzjoni, Qormi Daikin għelbu lil Floriana Young Stars A 5-2.
Zackary Farrugia skorja tliet gowls għal Qormi Daikin b’Eyen Toledano u Ben Falzon li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Il-Furjaniżi irrispondew b’doppjetta ta’ Gabriel Cordina.
Umpires kienu Dario Cacopardo u Kane Zammit.

