Friday, October 4, 2024

Hockey: Qormi Daikin iżommu l-mument pożittiv

Aqra wkoll

Qormi Daikin komplew bil-mument pożittiv tagħhom matul dan l-istaġun meta għelbu lil White Hart 4-0.

It-tim immexxi minn Andre Ghio ma sabhiex daqshekk faċli jinfed id-difiża organizzata ta’ White Hart tant li sa tmiem it-tieni quarter l-iskor kien dak ta’ 1-0.

Minkejja kollox, l-aħħar żewġ quarters kienu pożittivi għall-Qriema li skorjaw tliet darbiet oħra sabiex issiġġillaw rebħa oħra.
Daniel Ellul skorja doppjetta filwaqt li Juan Sarcia u Zack Degiovanni wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Umpires kienu Shawn Mifsud u Edward Hughes.

Mill-hockey 9s, Marsaskala Summer Nights kellhom id-debutt uffiċjali b’tim tal-kbar u rnexxielhom iżommu lil Qormi Daikin fi draw ta’ 2-2.

Finalment mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Summer Nights għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 3-2.

Sport