Tuesday, March 10, 2026

Hockey: Qormi Daikin iżommu l-mument pożittiv

Aqra wkoll

Qormi Daikin ikomplu bil-mument pożittiv b’rebħa kontra GREE Żurrieq Wolves Hotsticks

Qormi Daikin għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 6-4 sabiex komplew bil-mument pożittiv tagħhom fil-kampjonat nazzjonali tal-Hockey.

Luke Bajada kien ta’ ispirazzjoni għal Qormi Daikin meta skorja tripletta filwaqt li Juan Sarcia, Kyle Micallef u Steve Tanti għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Christ Agius skorja l-erba’ gowls għaż-Żrieraq.

Umpires kienu Karl Chircop u James Mizzi.

Floriana Young Stars għelbu lil White Hart 9-1.

Deemer Rapinett kien il-protagonist prinċipali għall-Greens hekk kif skorja erba’ gowls. Clive Williams kien awtur ta’ doppjetta filwaqt Anton Saliba, Justin Farrugia u Lauretano Toninendel għaqqdu l-iskor għat-tim tiegħu.

David Agius skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni ta’ White Hart.

Umpires kienu Alessandro Amore u Silvio Peralta.

Marsaskala Heat huma champions ta’ taħt is-16-il sena hekk kif għelbu lil Qormi Daikin 4-2.

Nathan Rodo skorja doppjetta filwaqt li Liam Carabott u Damien Lupu taw is-suċċess lill-Iskalin.

Qormi kellhom lil Zak Farrugia jiskorja doppjetta.

Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.

Mill-kampjonat ta’ taħt it-12-il sena, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Floriana Young Stars 7-4.

Adam White skorja erba’ gowls filwaqt li Jacob White wettaq tripletta għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

Floriana Young Stars kellhom lil Giuseppe Schembri jiskorja erba’ gowls.

Umpires kienu Yan Camilleri u Oscar Toledano.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport