Tuesday, March 3, 2026

Hockey: Qormi Daikin jibqgħu fl-ewwel post wara rebħa kbira

Aqra wkoll

Iċ-champions Qormi Daikin kienu ferm dominanti fuq White Hart hekk kif rebħulhom 16-0 f’logħba mill-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey.

Kif jixhed ir-riżultat, it-tim immexxi minn Andre Ghio iddomina din il-partita u skorja sittax-il gowl mingħajr risposta.

Il-captain Steve Tanti skorja erba’ gowls filwaqt li Kyle Micallef, Luke Bajada u Tommy Kok skorjaw hat-trick kull wieħed. Mill-banda l-oħra, Nathan Pace Gasan, Neil Spiteri Montebello u Shawn Dimech wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Umpires kienu Karl Chicop u Dario Cacopardo.

Wara dan ir-riżultat, Qormi għadhom leaders assoluti fil-klassifika meta għandhom tmien punti, bi GREE Żurrieq Wolves Hotsticks li għandhom ħames punti. Floriana Young Stars kisbu tliet punti filwaqt li White Hart jinsabu fl-aħħar pożizzjoni bl-ebda punt.

F’logħba mill-Hockey 7s, GREE Żurrieq Wolves Hotsticks għelbu lil Rabat HC 4-0.

Jayden Cutajar skorja doppjetta filwaqt li Kieran Borg u Daniel Ellul komplew iżidu l-iskor għaż-Żrieraq.

Umpires kienu Karl Chircop u Keith Calleja.

Sadanittant f’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 3-2.

Zack Xuereb, Zain Lee Carabott u Sam Cassar skorjaw il-gowls ta’ Qormi.

Mill-banda l-oħra, Liam Carabott u Braylon Gatt Gellel skorjaw għall-Iskalin.

Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.

F’logħba oħra minn din il-kompetizzjoni Floriana Young Stars A għelbu lil Floriana Young Stars B 10-0.

Matteo CV skorja tliet gowls filwaqt li Isaac Cachia, Michele Fava, Dejan Grech, Denson Aquilina, Liam Caruana, Gabriel Cordina u Levi Michele Gabriel.

Umpires kienu Jan Camilleri u Xylon Cassar.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport