Qormi Daikin inkurunaw staġun perfett hekk kif rebħu l-kompetizzjoni knock-out tal-hockey wara li għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 4-1.
B’hekk it-tim immexxi minn Andre Ghio rebaħ kull unur li joffri l-hockey Malti matul dan l-istaġun 2024/25.
Wara li Qormi marru minn fuq sa tmiem l-ewwel quarter, fit-tieni 17-il minuta u nofs, Żurrieq irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs. Minkejja kollox, il-Qriema kisbu aktar vantaġġ fl-aħħar żewġ quarters sabiex kisbu s-suċċess mixtieq.
Luke Bajada bħas-soltu spikka għal Qormi meta skorja doppjetta filwaqt li Steve Tanti u Juan Sarcia żiedu l-iskor għat-tim tagħhom.
Luca Runza kien skorja l-gowl momentarju tad-draw.
Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Hockey Association of Malta David Agius ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Qormi Daikin Steve Tanti.
Qormi Daikin – Shamison Mifsud, Axel Cauchi, Nathan Pace Gasan, Joseph Cuschieri, Luke Bajada, Ayrton Falzon, Steve Tanti, Aaron Spiteri, Juan Sarcia, Julian Zahra, Bikramabir Singh Sandhu, Keith Calleja, Kyle Micallef, Iker Francalanza, Giorgio Muscat, Neil Spiteri Montebello, Luca Fsadni.
Zurrieq Wolves – Ludwig Cole, Carmine Francese, Stefano Schembri, Nathan Giannakelis, Alessandro Amore, Daniel Ellul, Lukas Plaehn, Keith Scicluna, Luca Runza, Steve Portelli, Jayden Cutajar, Benjamin Johnston, Isaac Zammit, Christ Agius, Charlon Sammut, Nicolai Runza, George Stivlingh, Kieran Borg.
Umpires kienu Karl Chircop u James Mizzi.