Tuesday, December 10, 2024

Hockey: Qormi Daikin jirbħu ċ-Challenge Cup

Aqra wkoll

Qormi Daikin huma r-rebbieħa taċ-Challenge Cup organizzata mill-Hockey Association of Malta wara li fil-finali huma għelbu lil GREE Zurrieq Wolves Hotsticks 2-1.

Kienet logħba ferm akkanita bejn tnejn mill-aqwa timijiet tal-hockey lokali. Qormi bdew tajjeb ħafna hekk kif skorjaw gowl fl-ewwel quarter u żiedu ieħor fit-tielet quarter. Minkejja li Zurrieq naqqsu l-marġni tal-iskor, dan ma kienx biżżejjed għalihom.

Kien Luke Bajada li poġġa lill-Qriema minn fuq sabiex John Williams irdoppja l-iskor.

Fir-raba’ quarter, iż-Żrieraq bdew jagħfsu u naqqsu l-iskor permezz tal-plejer żagħżugħ Jayden Cutajar.

Fi tmiem il-konfront, is-segretarju ġenerali tal-Hockey Association of Malta Dario Cacopardo ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ Qormi Daikin Luca Fsadni.

Umpires kienu Glen Bonello u James Mizzi.

Mill-Hockey 7s, Floriana Young Stars iddominaw il-konfront tagħhom kontra Rabat tant li rebħu 4-0.

Marvin Vella, Deemer Rapinett, Justin Farrugia u Marvin Grixti skorjaw il-gowls għall-Furjaniżi.

Umpires kienu Alessandro Amore u John Williams.

Mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Floriana Young Stars għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 2-1.

Dean Spiteri u Gabriel Corina skorjaw għall-Greens biż-Żrieraq iwieġbu permezz ta’ Jack Cassar Bonavia.

Umpires kienu Oscar Toledano u Jerome Carabott.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport