Qormi Daikin kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat nazzjonali tal-hockey meta ftit sabu diffikulta sabiex jegħlbu lil White Hart 9-0.
Matthijs Bartelts kien awtur ta’ tliet gowls filwaqt li David Ellul, Steve Tanti u Juan Sarcia skorjaw doppjetta kull wieħed.
Umpires kienu Nathan Galea u Karl Chircop.
GREE Sliema Hotsticks għelbu lil Trust Payments Floriana Young Stars bl-iskor ta’ 3-2. Bħas-soltu meta jiltaqgħu dawn iż-żewġ timijiet dejjem ikun hemm logħba akkanita u din il-partita ma kinitx b’inqas.
Christian Sammut, Christ Agius u Alessandro Amore skorjaw għal GREE Sliema Hotsticks filwaqt li Karl Chircop u Leon Gatt irrispondew għall-Furjaniżi.
Umpires kienu Luke Busuttil Leaver u Keith Calleja.
Sadanittant mill-kampjonat ta’ taħt is-17-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Marsaskala Heat 5-2.