Friday, September 20, 2024

Hockey: Rebħa fundamentali għal GREE Sliema Hotsticks

Aqra wkoll

GREE Sliema Hotsticks kisbu rebħa importanti fit-taqtiegħa għar-rebħ tal-kampjonat meta għelbu lil Trust Payments Floriana Young Stars 4-2. Kienet logħba ferm bilanċjata, interessanti u inċerta sal-aħħar li ntlagħbet f’xita li niżlet b’mod kontinwu fil-kumpless tal-hockey f’Kordin. Fl-aħħar mill-aħħar kienu s-Slimiżi li ħadu t-tliet punti tant importanti.

Julian Zahra kien protagonista għat-tim rebbieħ hekk kif skorja doppjetta bi Chris Sammut u Ryan George iżidu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Clive Williams u Luke Borg Costanzi skorjaw iż-żewġ gowls għall-Furjaniżi.

Umpires: Glen Bonello, Keith Calleja

Sadanittant il-logħba bejn Qormi Daikin u White Hart ma setgħetx titkompla wara li dawn tal-aħħar kellhom plejer li weġġa’ b’mod aċċidentali. Wara diskussjoni li saret mal-umpires, il-plejers ta’ White Hart ma kinux f’kundizzjoni li jkomplu l-partita. Sa dak il-ħin, Qormi kienu qed jirbħu 5-1 b’Daniel Ellul jiskorja tripletta filwaqt li Duncan Edward u Matthijs Bartelts li wkoll niżżlu isimhom fost l-iskorers. Għal White Hart kien skorja David Agius.

Umpires: Edward Hughes u Nathan Galea.

Fil-kampjonat tal-Hockey 9s, GREE Sliema Hotsticks għelbu 2-0 lil Rabat Depiro. Emile Borg u Luca Runza skorjaw iż-żewġ gowls l-aktar importanti.

Finalment mill-kampjonat ta’ taħt is-17-il sena, Qormi Daikin iddominaw u għelbu lil White Hart 6-0. Jake Spiteri Montebello kien protagonist meta skorja tliet gowls filwaqt li Giorgio Muscat irreġistra doppjetta. Neil Spiteri Montebello għaqqad in-nofs tużżana għar-rebbieħa.

Sport