Qormi Daikin ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil White Hart bl-iskor ta’ 10-1 fl-unika logħba li kien hemm mill-kampjonat nazzjonali tal-hockey.
Wara skor ta’ 0-0 fl-ewwel quarter, Qormi ħarġu tajjeb fit-tieni wieħed u minn hemm ‘l hemm il-logħba ma kien għad fadlilha l-ebda storja.
Iż-żagħżugħ Luke Bajada kien awtur ta’ tripletta, Steve Tanti u Ayrton Falzon skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Ayrton Falzon, Zack Degiovanni, Juan Sarcia u Nathan Pace Gasan niżżlu isimhom fost l-iskorers.
White Hart naqqsu l-marġni tal-iskor grazzi għall-plejer veteran David Agius.
Umpires kienu Edward Hughes u Karl Chircop.
F’logħba oħra li kellna mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, GREE Sliema Hotsticks għelbu lil Marsaskala Heat 6-4.
Gary Bonnici kien l-eroj għas-Slimiżi hekk kif skorja erba’ gowls filwaqt li Jadon Cutajar u Keith Azzopardi għaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.
Alessandro Piscopo skorja tripletta filwaqt li Cayleb Caruana kompla naqqas l-iskor għall-Iskalin.
Umpires: James Mizzi u Keith Calleja