Wednesday, November 12, 2025

Hockey: Tmiem il-ġimgħa pożittiv għal Qormi Daikin

Aqra wkoll

Qormi Daikin kellhom tmiem il-ġimgħa pożittiv fil-logħbiet lokali tal-hockey hekk kif rebħu żewġ partiti filwaqt li ġew draw f’oħra fil-konfronti li ħadu sehem fihom f’kategoriji differenti.

Fil-kampjonat nazzjonali, il-Qriema rebħu bl-iskor minimu ta’ 1-0 lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks bil-gowl uniku jiġi skorjat minn Steve Tanti.

Umpires kienu James Mizzi u Silvio Peralda.

Fil-Hockey 7s, Qormi għelbu lil White Hart 9-0.

Il-plejer veteran John Williams spikka meta skorja tliet gowls filwaqt li Nicole Zammit kien awtur ta’ doppjetta. Julian Zahra, Wyatt Magri, Giorgio Muscat u Bir Sandhu komplew iżidu l-iskor għat-tim ikkowċjat minn Steve Tanti.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Alessandro Amore.

F’logħba oħra mill-Hockey 7s, Rabat għelbu lil Marsaskala Heat 4-3.

Kevin Micallef u Justine Pace Gasan skorjaw doppjetta għar-Rabtin filwaqt li Kane Zammit, Kyron Carabott u Alessandro Piscopo irrispondew għal Marsaskala Heat.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Shaun Falzon.

Qormi Daikin u Marsaskala Heat spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena.

Zachary Farrugia skorja għal Qormi filwaqt li għall-Iskalin kien Nathan Lauri Rodo li sab ix-xibka.

Umpires kienu Oscar Toledano u Alessandro Amore.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport