Wednesday, October 9, 2024

Hockey: Trust Payments Floriana Young Stars jibdew b’rebħa

Aqra wkoll

Trust Payments Floriana Young Stars kisbu l-ewwel rebħa fid-debutt tagħhom għall-istaġun 2021/2022 meta għelbu lil White Hart 3-1.

Kien biss fl-aħħar quarter li l-Furjaniżi aċċertaw mir-rebħa wara li fl-ewwel tliet quarters kien hemm bilanċ assolut bejn dawn iż-żewġ timijiet.

Il-Greens marru fil-vantaġġ fl-ewwel 17-il minuta u nofs permezz ta’ Clive Williams. Hekk kif it-tieni quarter ma pproduċa l-ebda gowl, fit-tielet quarter kienu White Hart li skorjaw permezz ta’ Adrian Pedreiro sabiex b’hekk ġabu l-iskor indaqs.

Minkejja kollox, ir-raba’ quarter kien kollu tal-Furjaniżi bil-plejer tagħhom Mark Camilleri f’vena mill-aqwa tant li skorja doppjetta personali u li biha ta r-rebħa finali lit-tim tiegħu.

White Hart: Steve Lamb, Adrian Pedreiro, Luke Dimech, David Agius, Thomas Attard, Aaron Agius, Carl Tua, Liam Agius, Ali Shah, Oliver Millard, Keith Scicluna, Glen Bonello, Oscar Toledano Martin, Paola Calleja, Susan Jones, Claire Trusler.

Trust Payments Floriana Young Stars: Waylin Abdilla, Marvin Grixti, Leon Gatt, Mark Camilleri, Jimena Otero, Clive Williams, Christian Bonello, Karl Chircop, Luke Borg Costanzi, Anton Saliba, Andrea Curmi, Deemer Rapinett, Julian Farrugia, Justin Farrugia, Nathan Zammit, Andrew Camilleri.

Umpires: Keith Calleja, Shawn Mifsud.

Sadanittant ingħata bidu għall-kompetizzjoni tal-hockey 9s fejn Qormi Daikin ftit sabu problemi sabiex jegħlbu lil Rabat 5-0.

Mill-kampjonat ta’ taħt id-19-il sena Trust Payments Floriana Young Stars għelbu lil Marsaskala Heat 7-1 filwaqt li Qormi Daikin għelbu lil GREE Sliema Hotsticks 6-1.

Sport